Omelija tat-Tieni Ħadd tal-Avvent. Sena A. Kitba ta’ Fr Michael A. Galea

“INDMU, GĦAX IS-SALTNA TAS-SMEWWIET WASLET!”

Ma nafx qattx smajtu bit-Taljan Leonardo da Vinci. Leonardo da Vinci kien pittur, skultur, xjenzat, inġinier u kittieb: twieled fil-15 t’April tas-sena 1458 u miet fit-2 ta’ Mejju tas-sena 1519. Fost il-kwadri li pitter, hemm tnejn l-aktar famużi: il-kwadru tal-Monalisa u l-kwadru tal-aħħar ċena: Ġesu’ qed jiekol għall-aħħar darba mal-appostli tiegħu awl il-lejl qabel ma ġie ittradut, miċħud u daħal għall-passjoni ħarxa li kien se jgħaddi minnha. Nixtieq li bil-fantasija tagħkom tippruvaw tpinġu dan il-kwadru…Mela fil-back ground għandek l-ambjent taċ-ċenaklu: xi kolonni u xi twieqi…fuq in-naħa ta’ qaddiem għandek mejda tawwalija bl-ikel fuqha, Ġesu’ jinsab fin-nofs u t-tnax l-appostli, sitta fuq il-lemin ta’ Ġesu’ u sitta oħra fuq ix-xellug tiegħu.

Jirrakkuntaw li meta kien wasal biex ipitter il-wiċċ ta’ Ġesu’, idu bħal ibbieset, ma seta’ jagħmel ebda pinzellata. Ma jafx għaliex… Leonardo da Vinci ftakar li xi ħmistax-il-ġurnata qabel kellu argument sħun ma’ bniedem, iġġieled miegħu u kemm kemm ma tawx bil-ponn. X’għamel Leonardo? Mar ifittex lil dan il-bniedem, talbu skuża u t-tnejn ħafru lil xulxin. Kalm u qalbu f’postha, reġa’ mar fejn kien qed jaħdem u kompla jpitter il-wiċċ ta’ Ġesu’ u llum għandna dal-kapolavur ta’ Leonaro da Vinci.

Qegħda toqrob il-festa tal-Milied u bħal Leonardo da Vinci ħafna minna qegħdin nippruvaw ninserixxu jew inpoġġu lil Ġesu’ fuq it-tila tal-Milied ta’ din is-sena. Il-Milied tas-sena l-oħra nafu kif kien, il-Milied tas-snin li ġejjin ma nafux kif se jkun għax il-ġejjieni ħadd ma’ rah jew ħadd ma għexu…allura mhux aħjar nitkellmu fuq il-Milied li se niċċeleraw din is-sena? Anki dan lanqas nistgħu narawh għax attakk tal-qalb u mmorru għand Alla! Naf nies li bħalissa qegħdin jistennew ir-riżultat mediku ta’ xi biopsy li ordnalhom it-tabib! Allura Milied mhux daqstant sabiħ. Pero’ ma nixtieqx inkun negattiv u niskuraġġikom. Jalla jkollna Milied qaddis u Milied sabiħ. Pero’ ħa niġi għall-vanġelu li għadni kemm ħabbartilkom.

Jgħaddu ftit tal-ġranet oħra u se niċċelebraw il-birthday ta’ Ġesu’. F’dan it-tieni Ħadd tal-avvent nisimgħu lil Ġwanni l-Battista jippriedka fid-deżert tal-Lhudija u jgħid: “Indmu, għax is-Saltna tas-smewwiet waslet!”
X’relazzjoni hemm bejn l-indiema u l-preparazzjoni għall-miġja ta’ Ġesu’ li ġej? Ejjew immorru lura fis-snin meta Ġwanni beda jippriedka din is-sentenza. Il-Poplu Lhudi, anzi nistgħu ngħidu l-Poplu magħżul minn Alla, kien qed jistenna bil-ħerqa l-Messija mwiegħed minn ħafna snin qabel, eżattament kif aħna qegħdin nistennewh b’tifkira għall-Milied li ġej. Jekk hemm xi ostaklu, anzi żgur hemm ostaklu kbir f’din l-istennija, dan huwa d-d-dnub: fi kliem ieħor id-diżubbedjenza lejn il-kmadamenti t’Alla. Il-kmandamenti t’Alla kienu għaxra, għadhom għaxra u se jibqgħu għaxra. Ma nistgħux, kif xi nsara qegħdin jagħmlu llum, inaqqru minnhom. Dan ma nistgħux nagħmluh għax jekk ifettlilna niksru mqar wieħed minnhom biss, għax jidhrilna li hekk se nkunu iktar liberi, niżbaljaw bil-kbir. Flok nies liberi, insiru nies skjavi tagħna nfusna, b’katina marbuta m’għonqna.

Pero’ qabel inkomplu nitkellmu dwar l-indiema, ħa ngħid kelma dwar Ġwanni l-Battista: l-aħħar wieħed mill-profeti. Madwar tletin sena qabel din is-silta mill-vanġelu tal-lum, Alla bagħat l-Anġlu Gabrijel biex ikellem lis-saċerdot Żakkarija, u jgħidlu li martu Eliżabetta, mara sterili u mdaħħla fiż-żmien kienet se titqal u jkollha iben u hu jsemmieh Ġwanni. Dak inhar kien imiss lilu biex jaħraq l-inċens fejn kienet miżmuma l-arka, u dam ma ħareġ. In-nies qalbhom ħebrithom li kellu u xi dehra. Fil-fatt meta ħareġ minn fejn kien ma setax ikellimhom. Alla kien żammlu lsienu għax ma emminx dak li kien intqal lilu.

Ħa ngħid kelma dwar Ġwanni l-Battista. Dan Ġwanni għadda ż-żgħożija tiegħu fid-deżert: kien jilbes ilbies magħmul mix-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu u l-ikel tiegħu kien ġradijiet u għasel selvaġġ. Nistaqsi lili nnifsi: “Jien qed nagħmel xi tip ta’ penitenza?” Ma nafx tiftakruhx il-film ta’ Franco “Jesus of Nazareth”. Lil Ġwanni jpinġieh bħal wieħed imxajtan: jgħajjat kemm jiflaħ, iwerżaq u jgħajjar lill-Fariżej u lis-Sadduċej. Jgħidilhom: “Ja nisel il-lifgħat, min uriekom x’għandkom tagħmlu biex taħarbu mill-korla li ġejja? Agħmlu mela frott xieraq ta’ ndiema…” U bis-suġġett tal-indiema se nikkonkludi l-omelija tal-lum…Il-mibki Father Mejlaq mir-Rabat, Għawdex, għandu poeżija, ħa nispiċċa b’silta qasira minnha: “Jeħtieġ nerġa’ nidħol f’ġuf ommi u f’dik id-dalma ninħasel minn fuq s’isfel u nissaffa, biex wara disa’ xhur hi terġa’ twelled mhux dan il-Jien imkabbar bl-għana fieragħ, iżda Jien ieħor li fih hemm tgħammar tama sħiħa…”

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading