Talb tal-interċessjoni. It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

V …  Alla ried li jibgħat lil Ibnu Ġesù Kristu, imwieled mill-Verġni Marija, biex idewwaq l-imħabba lil kull wieħed u waħda minna. Nitolbuh għalhekk il-grazzja li nilqgħu imħabbtu.

1. Għall-Papa Ljun u għall-Knisja sabiex dejjem iwasslu lil Kristu Ibnek li hu d-dawl tad-dinja. Nitolbu

2. Għall-mexxejja politiċi f’pajjiżna u fid-dinja kollha, sabiex jaħdmu għall-paċi u għall-għaqda. Nitolbu

3. Għal dawk kollha li għaddejjin minn kull xorta ta’ tbatija jew diffikultà sabiex jagħrfu li int sirt bniedem għalihom u ma tinsiehomx. Nitolbu

4. Għalina li qegħdin hawn miġbura madwar il-mejda Ewkaristika fil-jum qaddis tal-Milied sabiex bħal Marija, Ġużeppi u r-ragħajja inħallu ħajjitna titmexxa minnek. Nitolbu

V …  O Alla, permezz tat-twelid ta’ Ibnek, int trid iddawwal il-qalb ta’ kull bniedem u ddewqu l-ferħ u s-sliem veru tiegħek; għinna nilqgħuh u ngħożżuh sabiex b’hekk, aħna wkoll inkunu nistgħu indewquh lil dawk kollha li niltaqgħu magħhom. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading