V B’sens ta’ ħajr lill-Mulej Ġesù li wera lill-appostli t-tbatija li kellu jgħaddi minnha biex isalva l-umanità, ejjew nitolbuh bħala familja waħda.
1. Ieqaf Mulej, ma’ dawk li għażilt biex imexxu l-Knisja tiegħek biex dejjem jagħrfu r-responsabbiltà kbira li afdajtilhom f’idejhom. Nitolbu
2. Ieqaf Mulej, mal-mexxejja tad-dinja biex kull ċittadin jgħix ħajja diċenti u jinqerdu l-inġustizzji u l-gwerer. Nitolbu
3. Ieqaf Mulej, ma’ dawk kollha li qegħdin ibatu minħabba l-mard u għin lit-tobba u lil dawk kollha li jaħdmu fl-isptarijiet. Nitolbu
4. Ieqaf Mulej, ma’ kull wieħed u waħda minna biex dejjem naħsbu fl-affarijiet spiritwali li jsaħħuna fil-fidi tagħna fik. Nitolbu
V Mulej, Missier qaddis, kompli bierek lilna u l-familji tagħna biex dejjem nagħrfu ngħixu l-valuri li għallimna Ibnek Ġesù Kristu Sidna li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.