1626 – 2026: 400 sena ta’ preżenza Tereżjana f’Malta

Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

2026….. fl-aħħar waslet din is-sena…..

Sa minn mindu kont tifel ċkejken, kont inħares lejn il-bieb tal-kunvent u nara id-data tal-1626 mnaqxxa fuq il-ġebla maltija …..

L-2026 waslet ukoll, 400 sena ta’ preżenza ta’ patrijiet Tereżjani f’Malta…..

Ġenerazjonijiet ta’ patrijiet

Min jaf kieku kellna mmorru lura 400 sena, u nsaqsu lil dawk il-patrijiet li kienu l-ewwel li ġew hawn Malta mill-Italja, qadtx kienu jimmaġinaw li 400 sena wara li waslu huma Malta, il-patrijiet Tereżjani kienu se jkunu għadhom preżenti hawn, u jkunu se jkunu qegħdin igħixu fl-istess binja li b’tant għaqal u tbatija kienu bnew huma….

Min jaf l-isqof Cagliares, oħtu l-Barunessa Testaferrata Moroni Viani, il-patrijiet Kapuċċini li kienu rregalaw l-ewwel ġebel tal-kunvent li kienu bdew jibnu huma fuq l-għolja ta’ Santa Margherita (u li mbagħasd abbandunaw biex marru l-Kalkara) u beneffatturi oħra ta’ dik il-fundazjoni, x’ferħ iħossu f’qalbhom illum fis-Sema, meta jaraw li dak li huma bnew, għadu wieqaf sal-ġurnata tallum u għadu mkien mqaddes bil-preżenza tal-patrijiet Tereżjani.

400 sena, ġenerazjoni ta’ patrijiet, waħda wara l-oħra sal-ġurnata tallum. Mijiet ta’ patrijet minn kull rokna tal-Ewropa li qaddsu l-kurituri tal-kunvent bil-ħajja siekta u mmarkati minn ħin twil ta’ talb….

Opra ta’ Alla li għadha għaddejja kif kienet ipprogrammata minnhom.

Il-ferħ tal-Omm tagħna Tereża ta’ Ġesu’

U min jaf Santa Tereża, li tant tħossha kburija li kellu jkun proprju hawn Malta, u eżattament fuq din ir-roqgħa art ta’ din il-gżira f’nofs il-Mediterrann, li tiġi ddedikata knisja għaliha, x’hena tħoss f’qalbha meta tara lil uliedha sija patrijiet u anki sorijiet igħixu fuq din il-gżira.

U issa l-istatwa tagħha maħduma f’pajjiż ‘l bogħod ħafna qiegħdha tbierek lil dawk kollha li jidħlu u joħorġu mil-port majestuż tagħna …

Futur mill-isbaħ għax din opra ta’ Alla

Tgħiduli imma issa l-futur għal Knisja u għall Ordnijiet reliġjużi huwa mċajpar, il-futur huwa ikrah u la tmutu intom, jispiċċa l-Ordni Tereżjan f’Malta…….

U jiena nidħaq….. u nidħaq sew, u d-daħqa tiegħi tinstema aktar mil-vuċi mikorfonata ta’ Ira Losco u l-band tagħha……

Tidħaq ?

Dażgur li nidħaq….. Kieku din kienet opra tal-bniedem, iva din l-opra hija ddestinata lejn it-tmiem, imma din OPRA TA’ ALLA, u Ġesu’ wiegħdna li se jibqa’ mal-bniedem sal-aħħar taż-żminjiet…. u allura t-tama tiegħi terġa’ titla’ ‘l fuq ‘l fuq u tibqa’ ttir u maqtugħha mill-art u tħares l-isfel lejn x-xenarji mill-isbaħ li jitgawdew minn hemm fuq.

Ibqa’ tir

Ajruplan ma jista’ jasal mkien jekk jibqa’ mkaħħal ma’ runway.

Ajruplan irid jieħu ġirja storbjuża u jagħmel kuraġġ u jinqata’ mill-art.

Ġaladarba jkun inqata’ mbagħad mill-art, jiġri x’jiġri, irid jibqa’ għaddej, u jibda jaħseb li jinżel BISS meta jkun wasal qrib id-destinazjoni li lejha huwa ddesitanat.

Il-kuncert jitħassar jew le ?

Il-bieraħ saru ħafna u ħafna tħejjijiet mil-Kottonera Foundation biex jiġi organiżżat kunċert ta’ livel. U hekku li eżattament ftit siegħat qabel beda dan il-kunċert, jibda jriegħed, u mbagħad jibdew jinstemgħu s-sajjetti, li bdejna nħossuhom joqorbu aktar lejn l-art, tinżel l-ewwel qatra ilma tax-xita, u mbagħad it-tieni waħda, sa ma bdiet nieżla bil-qliel….

X’nagħmlu ? Inħassru kollox ?

Xi ħadd fil-kummenti tal-fb page tal-Kotonora Foundation kiteb: ‘u iva raincoat u umbrella’…….

Sod fil-bnazzi u meta jasal il-maltemp

Iva fil-ħajja meta tiġi t-tentazjoni mil-prinċep ta’ din id-dinja ma tridx terħi l-ankri u tħalli lilek innifsek titkaxkar mal-mewġ. Hekk ikun irid jara l-prinċep ta’ din id-dinja, l-għajjur li jrid jarak bċejjeċ żgħar jitkissru mal-blat….

Imma int ġejt maħluq biex ittir, int ġejt maħluq biex tbaħħar.

U mhux hekk……. Alla l-Missier bagħat lill Ibnu fid-dinja, għadda minn passjoni li tkexkex, miet fuq is-Salib u qam rebbieħ fuq il-mewt, biex imbagħad int mal-ewwel ragħdha, sajjetta jew qatra xita, żżarma l-kiosk u titlaq ‘l hemm……..

Tajjeb ukoll!!!!!!!

Le l-aħwa, NIBQGĦU NIKKUMBATTU għax Alla jżomm kelmntu u se jibqa’ magħna sal-aħħar taż-żmien.

Għalhekk inqas ma taraH, aktar għandek għax tkun ċert li Hu qiegħed hemm, u meta jasal il-mument jarma l-band tiegħU u jaqbad jagħti l-kunċert tiegħU li se jkun live.

Ġesu’ Sagramentat espost siegħa qabel

U aħna bħala komunita’ u bħala Knisja wkoll konna hemm.

Tgħiduli hemm fejn ?

Intom mortu għal kunċert ukoll ?

Le aħna konna u bqajna fil-preżenza tas-Sinjur Alla….

Għax it-temp kien jidher li mhux se jippermetti wisq, aħna esponejna s-Sagrament siegħa qabel li kien ipprogrammat, jiġifieri fid-disgħa, u ħallejna l-bibien tal-Knisja miftuħa għal kull min jixtieq jiġi jadura lil-Ħallieq u s-Sid tal-Univers u tal-bniedem.

U l-bieb beda jinfetaħ kontinwament u għaxriet daħlu mhux biex jikkurjożaw, mhux biex jaraw knisja li forsi qatt ma daħlu fija, imma daħlu biex jaduraw lis-Sinjur Alla.

Ix-xita li l-prinċep ta’ din id-dinja kien qiegħed jagħtina x’nifhmu li kienet ġejja b’qawwa fuqna siegħat qabel beda l-kunċert, ma ġietx, il-kunċert sar u l-aduraturi tas-Sinjur Alla baqgħu hemm għarkuptejhom.

Erbgħa studenti tan-nursing u żewġ patrijiet

Nofsilejl beda joqrob, il-Knisja bdiet titbattal. Il-faxxinu tal-ispettaklu rebaħ fuq ħafna, imma għarkuptejhom jaduraw baqgħu erbgħa studenti minn Kerala li ġew Malta jistudjaw għan-nursing, baqgħu ukoll żewġ patrijiet, u l-adorazjoni li issa kienet ilha għaddeja tliet siegħat sħaħ, intemmet bil-barka tas-Sinjur Alla, eżattament f’nofsilejl.

Iva countdown, imma countdown mhux biex niċċelebraw sena ġdida, imma countdown biex nirċievu l-barka tas-Sinjur Alla.

L-orgni daqq t-Tantum Ergo.

Is-Sagrament intrefa’ ‘l fuq ‘l fuq, u l-barka ma kienetx biss għall-erbgħa studenti tan-nursing u għaż-żewġ patrijiet, imma għal KULĦADD, inkluż l-eluf li ppreferaw jaraw numri fis-sema magħmula minn drones ippilotati mil-bniedem.

L-ispettaklu ta’ Alla li jibqa’ għaddej bla interruzjonijiet u li ilu għaddej biljuni ta’ snin

Id-drones reġgħu tniżżlu l-isfel lejn l-art, in-nar li nħaraq u li mela l-ambjent bil-ħoss u bid-duħħan siket, imma s-Sinjur Alla għadu u jibqa’ s-Sid tal-Univers.

Le tippretendux mis-Sinjur Allla, ħafna spettaklu li jiswa l-eluf.

Ħares lejn idejk u ċaqlaq is-swaba, u tara spettaklu li l-ebda bniedem ma hu kapaċi joħloq, ħares lejn fjura ċkejkna, u naħla li tiġi ddakkar il-fjura, u tara spettaklu li l-bniedem lanqas biss joħlom.

Le l-aħwa tippretendux li Alla se jiġbidna bl-istorbju u bid-drones.

ALLA JIĠBIDNA BILLI FIS-SKIET TA’ QALBNA IKELLIMNA, IĦADDANA MIEGĦU, JERFGĦANA ‘IL FUQ ‘IL FUQ, U JIFTĦILNA L-BIEB META NASLU FUQ L-GĦATBA TAL-ĠENNA.

Alla hu fidil

Imbagħad lil dawk l-erbgħa nurses li għażlu lilu mill-ispettaklu, jagħtihom rwol ta’ konsulenti maġġuri fl-isptar tiegħu tas-Sema, sptar li fih jaslu l-feruti kollha tal-art.

Iva l-aħwa, Alla jwarrab lil konsulenti li tant ikunu studjaw u stinkaw biex waslu fejn waslu, u jerfa’ lil dawk li għamlu esperjenza diretta tiegħU. Lil dawn hu jafda, u mhux lil minn qatta’ xahru jistudja…..

Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’ is a case in point, imma bħalha hemm eluf ta’ erwieħ li issa jinsabu fix-xellug u fil-lemin ta’ Alla.

Marija Omm Alla u ommna

U Marija hija l-kbira fost il-kbar.

Lejha mmorru lkoll kemm aħna, u bil-kliem tas-Salve Reġina ngħajtula: ‘Sliema għalik Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja ħlewwa, IT-TAMA TAGĦNA, Sliem għalik lilek ingħajtu, għaliex aħna tturufnati, ulied Eva, lilek nitniegħdu aħna u nibqu u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ, ejja mela avukata tagħna dawwar lejna dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena. O ħanina, O pija, O ħelwa, O Verġni Marija. Ammen.

Is-sena t-tajba lil kulħadd.

Il-ferħ tal-Omm tagħna Tereża ta’ Ġesu’

U min jaf Santa Tereża, li tant tħossha kburija li kellu jkun proprju hawn Malta, u eżattament fuq din ir-roqgħa art ta’ din il-gżira f’nofs il-Mediterrann, li tiġi ddedikata knisja għaliha, x’hena tħoss f’qalbha meta tara lil uliedha sija patrijiet u anki sorijiet igħixu fuq din il-gżira.

U issa l-istatwa tagħha maħduma f’pajjiż ‘l bogħod ħafna qiegħdha tbierek lil dawk kollha li jidħlu u joħorġu mil-port majestuż tagħna…

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading