Ir-rabta ta’ San Pawl mal-Maltin. Kitba ta’ P. Juan De Bono ocd.

Int għandek smartphone ?

Lil min qiegħdt bħala screen saver ?

Iċċekja qabel ma tkompli taqra….

Spiss ninnota li wkoll meta per eżempju koppja tkun ilha ħamsin sena miżżewġa, oħroġ il-għaġeb, il-persuna ma tqiegħdtx ir-ritratt tar-raġel tagħha jew ta’ martu bħala screen saver, ma jqiegħdux ir-ritratt tal-ġenituri tagħhom, li min jaf kemm raqdu bil-ġuħ biex setgħu jedukawhom u jagħtuhom l-edukazjoni, lanqas iqiegħdu r-ritratti ta’ wliedhom !!!!!!

Kważi dejjem iqiegħedu r-ritratt tan-neputijiet.

U lil min taħsbu li San Pawl għandu bħala screen saver ?

Ma tafx ?

Ħa ngħidlek jiena…..

Lil Maltin li għadhom sallum jimxu mat-tagħlim li hu kien wasslilna elfejn sena ilu.

Fina, bħal fin-neputijiet, San Pawl jara l-futur tal-Kelma li wasslilna hu elfejn sena ilu.

Tistennewx mela li San Pawl se jkollu bħala screen saver lil San Publiju, jew lil San Luqa jew lil San Barnaba.

Le l-aħwa, bħala screen saver San Pawl se jkollu lil dawk il-Maltin li llum se jqaddsu dan il-jum ta’ Festa Kmandata bis-smiegħ tal-Quddies.

Agħmel il-meżż tiegħek li tkun int ukoll fuq l-iscreen tas-smartphone ta’ San Pawl illum.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading