Ir-Radio tal-Vatikan qiegħda tiċċelebra il-95 anniversarju mill-bidu tiegħu, ezattament fit-12 ta’ Frar 1931.
Kien fuq inizjattiva tal-Papu Piju XI u bl-għajnuna ta’ Guglielmo Marconi li l-Vatikan kien sa minn daqshekk kmieni fl-istorja tar-Radju li beda juża din it-teknoloġija sabiex iwassal il-messaġġ tal-Evanġelu u l-vuċi tal-Papu madwar id-dinja.

Sabiex tiċċelebra dan l-anniversraju, ir-Radio Vatikan ħareġ jingle ġdida li jġib flimkien tradizzjoni u modernità bħala parti mill-identità tagħha.