Ħsieb mill-Arċisqof għar-Randan 2026 – L-Ewwel Ħadd

23/02/2026: Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna jispjega fi ftit minuti l-Evanġelju li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.

Fl-ewwel Ħadd tar-Randan, l-Arċisqof staqsa, “Jekk ma tgħix biss bil-ħobż, bl-affarijiet essenzjali u materjali, x’hemm iżjed li jagħmel il-ħajja tiegħek importanti, sabiħa, u ta’ kwalità?”

Filmat: Nicholas Agius Deguara – Uffiċċju tal-Preżenza Diġitali


It-Tieni Qari għall-Ewwel Ħadd: Rum 5:12,17-19

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Ħuti, kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub, u permezz tad-dnub il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu. Għax jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesù Kristu. Mela kif bil-ħtija ta’ wieħed waħdu waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha, hekk ukoll bl-opra tal-ġustizzja ta’ wieħed waslet lill-bnedmin kollha l-ġustifikazzjoni tal-ħajja. Għax kif bid-diżubbidjenza ta’ bniedem wieħed il-ħafna saru midinbin, hekk ukoll bl-ubbidjenza ta’ wieħed il-ħafna jsiru ġusti.

Sors: www.knisja.mt

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading