Maratona ta’ Tama

Hope Missio Fest hija maratona annwali li ilha tiġi organizzata minn Missio Malta għal dawn l-aħħar 11-il sena. Dan wara li Missio ħass il‑bżonn li jkompli jżid filli jagħti tama lil dawk il‑persuni fl‑artijiet tal‑missjoni.

Matul is‑snin, bil‑fondi miġbura mill‑maratona, mill‑Ġurnata Missjunarja u minn diversi attivitajiet oħra li jiġu organizzati matul is‑sena, Missio rnexxielu jisponsorja għexieren ta’ proġetti li huma mferrxin fil‑kontinenti kollha, u jinkludu fost oħrajn, irziezet, skejjel, kliniċi u spieri. Permezz ta’ dawn il‑proġetti qed jibbenefikaw komunitajiet sħaħ u mhux biss individwi. Din is‑sena Missio se jiffoka l‑għajnuna tiegħu fi proġetti fil‑Kontinent Asjatiku, b’mod speċjali fil‑Pakistan.

Kun parti minn din il‑maratona, billi tgħinu lil dawn ħutna fil‑missjoni bl‑aħjar mod possibbli. Segwi l‑maratona fuq wieħed mill‑istazzjonijiet tat‑televiżjoni Maltin fejn tista’ tikseb aktar informazzjoni, tisma’ u tara stejjer, u fl‑istess ħin tagħti d‑donazzjoni tiegħek. GRAZZI MILL-QALB.

Għall-aktar tagħrif tista’ tikkuntatja lil Missio Malta fuq 2123 6962 fil-ħinijiet tal-uffiċċju, jew permezz ta’ imejl fuq info@missio.org.mt, jew sibna fuq il-paġni ta’ Facebook, jew żur il-website www.missio.org.mt

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading