L-Erbgħa, 1 ta’ April 2026: Messaġġ tal-Isqof Anton Teuma għall-Ġimgħa Mqaddsa 2026…
Messaġġ tal-Isqof Anton Teuma
Dawn il-ġranet tal-Ġimgħa l-Kbira jaqilgħuna mir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum u jġagħluna nirriflettu fuq esperjenzi iktar importanti tal-ħajja tal-bniedem, bħat-tbatija, il-mard u l-mewt.
Il-Ġimgħa l-Kbira tpoġġina iktar f’kuntatt mat-tbatijiet tal-bniedem. Imma hi ġimgħa ta’ tama għax tispiċċa proprju bil-Festa ta’ Kristu Rxoxt – aħbar tajba fuq kull diffikultà li aħna ngħixu.
Ġesù kien l-Iben tal-Missier, u kull esperjenza tat-tbatija li għadda minnha għexha b’din il-fiduċja sħiħa fl-imħabba li kellu għalih. Għalina dan hu ta’ faraġ kbir, għax kull wieħed u waħda minna aħna wkoll ulied.
Bit-tama fid-dawl li qed jistenniena, anki kull tbatija li qed ngħixu llum tonqos mill-intensità tagħha. Għalhekk bir-raġun ngħidu li wara t-tbatija ta’ kull wieħed u waħda minna hemm it-tama tal-ħajja sabiħa li qed tistenniena.
Filmati u muntaġġ: CVC Media © Djoċesi ta’ Għawdex, Marzu 2026