Ruħ waħda għandna. Minn Patri Juan De Bono ocd

Festi Nazzjonali Taljani

Illum 25 ta’ April, il-pajjiż ġar tagħna l-Italja, jiċċelebraw wieħed minn tliet Jiem Nazzjonali tiegħu.

Illum (25 ta’ April) l-Italja tfakkar meta l-Amerikani fl-1945 illiberaw lit-Taljani min-Nażiżmu.

Imbagħad nhar it-2 ta’ Ġunju jfakkru meta l-Italja fl-1946 għażlet li tkun Republika.

Nhar is-17 ta’ Marzu jfakkru meta fl-1861, l-Italja fl-aħħar ingħaqdet u saret pajjiż wieħed.

Illum l-Italja tiċċelbra meta tilfet il-gwerra

Bħala student (meta kont l-Italja) kont saqsejt x’kienu qegħdin jiċċelebraw illum, u bi stagħġib tiegħi qaluli li huma kienu qegħdin ifakkru meta l-Amerikani kien irnexxilhom jeħilsuhom mil-Faxxixti li kienu għamlu allejanza man-Nażizmu u li minħabba f’hekk kellhom jidħlu fil-gwerra, u li wasslet biex ħafna Taljani jbatu l-ġuħ u li fiha mietu eluf ta’ suldati.

U jiena meta sirt naf dan bdejt nidħaq.

I mean DAWN JIĊĊELEBRAW META HUMA TILFU L-GWERRA, għax li huma ġew liberati mil-Faxxiżmu/Nażżismu kien ifisser li huma ġew meħlusa mil-mexxejja li telgħu huma stess fl-1922.

It-Taljani belgħu l-lixka fl-1922

Mela t-Taljani belgħu l-lixka u fl-1922 u tellgħu lil Mussolini u lil sħabu fit-tmun tal-pajjiż, għal-ewwel, Mussolini u sħabu wettqu ħafna affarijiet tajbin. Imma maż-żmien, Mussolini będą jħossu li huwa kellu jibda jaħtaf territorji ġodda barra mill-Italja biex jerġa jibni l-Imperu Ruman.

Mussolini jara kbir

Insomma xejn ġdid, għax il-kbar ta’ din id-dinja dejjem f’mumenti ta’ glorja jibdew joħolmu li jkabbru t-territorju ta’ pajjiżhom, anki jekk dan iwassal biex eluf ta’ suldati jitilfgħu ħajjithom u li jwassal għal ħafna tbatija u faqar.

It-Taljani li kienu tellgħu fil-poter lil Mussolini ma kellhomx is-saħħa li jwaqqgħuh mil-poter, u għalhekk illum jiċċelebraw meta l-Amerikani għenuwhom jwaqqgħu lil gvern tagħhom stess.

Imma jiena meta sirt naf bdejt nidħaq, għax biex pajjiż jasal li jiċċelbra meta tilef gwerra, anki jekk dan wassal biex huma jerġgħu jkun pajjiż ħieles ci vuole tafx!!!!

Malta pajjiż b’popolazjoni b’kuraġġ ta’ ljun

Meta sirt naf infqajt nidħaq, għax Malta, din il-biċċa ġebla f’nofs il-Meditterran, għax kellna fil-passat popolazjoni li dejjem kienet patrijottika, din wasslitna biex bi 8,000 ruħ naslu li nirbħu lit-Torok li kienu wasslu fostna f’40,000 suldat. Niftakar ukoll li Malta, li għal bidu kellha biss tliet ajruplani skaduti Faith, Hope u Charity, ma qatgħetx qalbha u spiċċat tirbħu lit-Taljani u lil Ġermaniżi.

It-Taljani ħallew lilhom infushom jiġu ngannati minn Mussolini u sħabu u ara fejn wassalhom dak li maż-żmien sar Dittatur.

‘LIL MIN TAFU SSAQSIX GĦALIH’.

Bosta fi żmienna spiċċaw jaduraw lid-demonju.

Iva l-aħwa, l-aduraturi ta’ Satana huma ħafna aktar milli naħsbu għax kull wieħed u waħda minnha li jqiegħdu fuq il-pedestall tal-idolatrija l-flus, il-poter u li nagħmel biss dak li jogħġobni huma aduraturi ta’ Satana, anki jekk m’humiex uffiċjalment rikonoxxuti bħala ‘satanisti’.

Ġuda, kien dejjem ma’ Ġesu’, eppure ma kienx jaf tassew min kien Ġesu’, imma meta ġietu l-opportunita’ li juża lil Ġesu’ biex jagħmel ftit flus, hemm hu biegħu għal prezz miżeru li bih kienu jinbiegħu l-iskjavi.

U avolja sar aktar għani wara dan il-bejgħ, Ġuda indanna għax dak li permezz tagħhom id-demonju jdaħħlek fin-nassa malajr jitilfgħu l-preġju tagħhom, U għax Ġuda ma ħarisx lejn Ġesu’, huwa spiċċa mar tgħallaq.

Din hija r-rebħa assoluta ta’ Satana li jrid BISS li jarak meqrud.

Ġlieda lid-demonju

Kif se niġġieled lid-demonju ?

Permezz tas-Sagramenti, speċjalment tal-Qrar u tal-Quddiesa.   

L-aħwa EJJEW NINGĦAQDU MA’ ALLA u niġġieldu lid-demonju.

RUĦ WAĦDA GĦANDNA.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading