Keys of the Kingdom

Keys of the Kingdom (1944) huwa film klassiku li fih l-awtur ewlieni huwa l-magħruf Gregory Peck. Għalkemm l-istorja mhiex ibbażat fuq ġrajja vera, madankollu twassal messaġġ nisrani qawwi li jibqa’ jispira lill-bniedem ta’ kull żmien.

Permezz tal-ħajja u l-ministeru ta’ saċerdot umli u mimli fiduċja fil-Providenza ta’ Alla, il-film jurina kif il-fidi, il-karità, il-paċenzja u l-perseveranza jistgħu jegħlbu l-isfidi u jħallu frott dejjiemi. Fuq kollox, il-ġrajja ta’ dan il-film tfakkarna li s-sejħa biex naqdu lil Alla u lill-proxxmu titwettaq l-aħjar mhux permezz tas-suċċess jew tal-poter, iżda permezz tal-imħabba, tal-fedeltà u tal-qadi b’umiltà.

Nittamaw li dan il-film ikun mhux biss mument ta’ serħan, iżda wkoll okkażjoni ta’ riflessjoni u ta’ tiġdid fil-mixja tagħna wara Kristu.

Il-film huwa twil satejn u kwart. (2:16)

25 ta’ Lulju 2026

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading