The Song of Bernadette

The Song of Bernadette (1943) huwa film klassiku, ibbażat fuq il-ħajja ta’ Santa Bernadette Soubirous u d-dehriet tal-Madonna f’Lourdes fl-1858.

B’sensittività u rispett, il-film jurina x-xhieda ta’ tfajla sempliċi li baqgħet soda fil-fidi tagħha minkejja d-dubji, il-kritika u t-tbatijiet li kellha taffaċċja. Il-messaġġ tiegħu jfakkarna li Alla ħafna drabi jagħżel lill-umli biex iwettaq il-pjan tiegħu, u li l-fidi, l-umiltà u l-fiduċja fil-Providenza tiegħu huma triq ta’ tama u qdusija.

Huwa ċertament film li jistieden għat-talb, għar-riflessjoni u għal apprezzament akbar tal-imħabba ta’ Alla u tal-preżenza materna tal-Madonna fil-ħajja tal-Knisja.

Link oħra għall-istess fil …

https://www.youtube.com/watch?v=TMeVkz2ALU8&t=1s

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading