L-Impatt tal-Knisja fuq il-Letteratura (3)

Il-kontribut tal-Knisja Kattolika fl-istorja

Kitba ta’ Joe Galea

Ir-Rumanzi Medjevali

Mal-għeluq tal-Medjuevu, ħafna u ħafna nies barra l-Knisja bdew jitgħallmu jaqraw. In-nobbiltà kien mistenni li jkunu letterati, li dan ħoloq talba kbira għal-letteratura għall-ewwel darba f’700 sena.

Tqiegħdu fil-kitba stejjer antiki, mogħtija l-kulur, maħdumin mill-ġdid u mibdula f’divertiment fil-qrati ta’ prinċpijiet bla għadd, duki u kontijiet li kienu jiggvernaw l-Ewropa f’dak iż-żmien.

Naturalment dawn id-difertimenti rriflettew il-morali tal-udjenzi tagħhom ta’ klassi għolja. Kienu stejjer ta’ mħabba, u għan-nobbli kavalieri u Damiġelli ta’ dak iż-żmien, l-imħabba u ż-żwieġ kienu żewġ suġġetti għal kollox separati.

Fil-fatt kienu jassumu li l-imħabba trid tkun adultera. Ir-raġel tal-eroina kien xi stramb li missierha ġiegħlha tiżżewweġ bil-forza. L-imħabba tagħha kien kavalier sabiħ li ltaqgħet miegħu wara ż-żwieġ infeliċi tagħha. Xi stejjer kellhom tmiem traġiku. Il-maħbubin jiġu maqtula flimkien, jew jagħmlu suwiċidju jew dramm romantiku li fl-aħħar iġiegħel lin-nis jibku. Imma xi drabi kien hemm tmiem feliċi. Il-kavalier joqtol lir-raġel tal-maħbuba u jgħixu kuntenti l-bqija ta’ ħajjithom.

L-avventuri ta’ Lancelot u Guinevere

Mir-rumanzi medjevali kollha, mhemmx aktar popolari mill-istejjer tal-qorti tar-Re Arthur. U mill-koppji tal-maħbubin fir-rumanz, ħadd mhu famuż daqs Lancelot u Guinevere. L-istorja tal-imħaba adultera tagħhom għadha waħda mid-divertimenti tal-lum. Imma tinvolvi dnubiet mhux ħażin. Ma kinitx mudell tajjeb għan-nobbilta’ li diġa’ kienet assorbiet l-idea li l-imħabba adultera hi l-aqwa ħaġa.

Irriżulta li l-istorja ta’ Lancelot u Guinevere waslet għal dik tal-Holy Grail, bl-allegorija tad-dnub u tal-fidwa. Lancelot jindem. Bla ma jafu l-udjenza kienu qed jirċievu messaġġ li l-ebda predikatur minn fuq il-pulptu ma seta’ jagħtihom, għalkemm ibeżżagħhom bin-nar u bil-faħam. Hi storja li kull ġenerazzjoni tirrakkonta, f’rumanzi, films, television. Imma, minkejja li Hollywood jipprova jneħħi l-messaġġ, dan kien u għadu hemm.

Dante Allighieri

Il-ġenju medjevali Dante Alighieri ra l-verita’ f’allegorija tiegħu ta’ xogħol kbir, forsi wieħed mill-aqwa xogħol ta’ letteratura mill-waqgħa ta’ Ruma u r-Rinaxximent.

Dante Alighieri twieled f’Firenze fl-1265. Hu msemmi għall-poeżija, imma probabbilment kellu f’moħħu l-karriera politika u kellu bidu tajjeb meta kien hemm vjolenza politika ġo Firenze. Dante kien fi triqtu għal Ruma fuq missjoni diplomatika u fl-assenza tiegħu ġie sentenzjat għall-eżilju bl-akkuża li kien mal-partit tellief. Ġie kkundannat biex jiġi maħruq jekk jiġ lura Firenze.

Eżiljat minn daru, mingħajr propjeta’u mwarrab mill-politika, Dante ma kellu mkien fejn idur ħlief għall-poeżija tiegħu. Fl-1308 beda jaħdem fuq poeżija li ħaditlu aktar minn 10 snin, sal-mewt tiegħu fl-1321. Dante sempliċiment semmieha “Il-Commedia”, jew “Il-Kummiedja”. Fehem kummiedja fis-sens oriġinali ta’ xogħol bi tmiem feliċi, mhux f’dak ta’ play biex iddaħħaq. Kien Boccaccio, Taljan magħruf ieħor, l-ewwel li semma’ x-xogħol “La Divina Commedia”, jew “Il-Kummiedja Divina”.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading