Quddies iċċelebrat mill-Arċisqof fil-festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin Kollha

01/11/2026: Quddies iċċelebrat mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin Kollha.

Nhar il-Ħadd, l‑1 ta’ Novembru 2026, fid‑9:30am, l‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin Kollha fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta bis-sehem tal-membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija.

L‑għada t-Tnejn, 2 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għall‑mejtin kollha fil-Kappella tar-Resurrezzjoni taċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.

It‑Tlieta, 3 ta’ Novembru, fis‑6pm, l-Arċisqof se jmexxi quddiesa b’suffraġju għas‑saċerdoti u r‑reliġjużi li mietu matul l-aħħar 12-il xahar. Din il‑quddiesa ssir kull sena fl‑ewwel Tlieta ta’ Novembru biex tonora u tfakkar lil dawn ħutna li ddedikaw ħajjithom għas‑servizz tal‑Mulej u tal‑oħrajn. Fil‑bidu jinqraw l‑ismijiet tas‑saċerdoti, il‑patrijiet u s‑sorijiet li għaddew għall‑ħajja ta’ dejjem minn Novembru li għadda.

Din il-quddiesa se ssir fil-Konkatidral Metropolitan ta’ San Pawl, fl-Imdina.

L‑Insara huma mħeġġa sabiex f’dawn il‑ġranet jattendu għall‑quddies u jitolbu
għall‑għeżież mejtin tagħhom u għall‑erwieħ kollha.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?