“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (10)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Konklużjoni

Il-Knisja ilha tgħallem dan għal elfejn sena. Għalhekk mhux ġust li xi wħud jattakkaw il-Knisja li qed tidħol fil-politika meta  xi partiti politiċi jqiegħdu xi aspett fil-programm elettorali tagħhom: sar fid-divorzju, biż-żwieġ tal-persuni tal-istess sess, u ‘l quddiem meta xi ħadd jibda jipproponi l-ewtanasja jew l-abort. Il-Knisja qed tkompli il-missjoni tagħha li kellha għal elfejn sena: ma tistax tieqaf biss għaliex ikun hemm il-partiti li jdaħħlu xi aspett li jmur kontra l-Pjan ta’ Alla fil-programmi tagħhom. Continue reading ““SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (10)”