Papa profetiku u t-Tradizzjoni tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-maġisteru tal-Papa Franġisku għandu fih ruħ soċjali. Ruħ li ġejja mit-tagħlim tal-vanġelu li jdawwal id-diversi rejaltajiet soċjali li qed iseħħu fid-dinja tagħna tallum.

Fit-tagħlim soċjali tiegħu Papa Franġisku jikkritika ekonomija li hija msejsa fuq il-materjaliżmu u x-xeħħa. B’urġenza profetika huwa jitħaddet kontra kolonjaliżmu ġdid li jisfrutta x-xogħol imwettaq mill-pajjiżi fqar. Papa Franġisku ma jiddejjaqx isejjaħ il-forma ekonomika dominanti fid-dinja żviluppata bħala “ekonomija li toqtol”. Barra minhekk f’diskors mogħti fil-Bolivja, jiġifieri f’pajjiż taħt it-tmexxija ta’ president soċjalista, il-Papa deher li qed jistieden lill-fqar biex jaħftu l-poter minn idejn l-għonja u jieħdu f’idejhom it-treġija ta’ ħajjithom. Imma dan kollu kif għandna nfissruh? Continue reading “Papa profetiku u t-Tradizzjoni tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja”