Therese Caruana
Wieħed mill-korijiet gospel ewlenin ta’ Malta għadu kif reġa’ lura Malta wara mawra fil-Bavarja fejn kien il-mistieden tal-kor Liederkor minn Aichach. Il-kor Joy Gospel Singers twaqqaf tnax-il sena ilu minn Michelle Abela. Tul dawn is-snin, b’ħila professjonali hi ħadet ħsieb l-arraġamenti mużikali u d-direzzjoni tal-kor filwaqt li Carmel Abela, koordinatur u direttur tekniku, irnexxilu jwassal lill-udjenzi l-armonija tal-vuċijiet u l-akkumpanjament tal-orkestra fl-aħjar tagħhom. Continue reading “Happy Day mal-Kor Joy Gospel Singers u l-Kor Liederkor fil-Bavarja”