Kull imħabba u radd il-ħajr nagħtu lilek, o Ġesù, fejn il-midinbin kollha jsibu l-maħfra fil-ġentilezza tal-Qalb Ħanina Tiegħek; għax Int turina li l-Qalb Imqaddsa Tiegħek, hi bħala “ocean infinit ta’ ħniena”. (3 sek pawsa)
Nitolbok o Maħbub tiegħi, imla lill-qalbi bi spirtu ta’ umiltà u ta’ ndiema, u nissel fija sens qawwi li nagħraf nagħżel it-tajjeb mill-ħażin, biex bħal San Domenico Savio, nkun nista ngħid: nippreferi mmut milli nagħmel id-dnub; għax jien ukoll, o Mulej, mhux l-ewwel darba li tradejtek u ċħadtek bi dnubieti. (3 sek pawsa)
Aktar