KONGREGAZZJONI GĦAD-DUTTIINA TAL-FIDI
DIKJARAZZJONI FUQ L-EWTANASJA
5 ta’ Mejju 1980
Daħla
Fost il-problemi kbar li qed jiġu diskussi fi żminijietna, il-problemi tad-drittijiet u tal-valuri tal-persuna tal-bniedem għandhom importanza kbira ħafna. Il-Konċilju Vatikan II reġa’ tenna bis-solennita’ kollha t-tagħlim għoli dwar id-dinjita’ tal-persuna tal-bniedem u, b’mod speċjali, id-dritt tal-bniedem għall-ħajja. Il-Konċilju għalhekk ikkundanna d-delitti kontra l-ħajja bħalma huma kull xorta ta’ qtil, il-ġenoċidju, l-abort, l-ewtanasja u s-suwiċidju (Gaudium et Spes, 27).
Aktar