L-Ewwel Konċilju Ekumeniku tal-Knisja kien dak ta’ Niċea fis-Sena 325.
Dam għaddej xahrejn u tnax-il ġurnata. Ħadu sehem 318-il Isqof, bl-Isqof Hosius ta’ Cordova ikun preżenti bħala l-Legat tal-Papa Silvestru.
L-Imperatur Konstantinu kien preżenti wkoll. Lil dan il-Konċilju nafu l-Kredu ta’ Niċea, li irribatta t-tagħlim ta’ Arius u ta t-tifsira tad-Divinità ta’ l-Iben t’Alla.
Kien f’dan il-Konċilju li d-data ta’ Għid ġiet iffissata, biex ma jiġix iċċelebrat fl-istess jum tal-Għid tal-Lhud kif kienu jridu dawk imsejħa bħala ’Quartodecimans’.
Aktar