Il-ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena (Mk 6, 7-13)

Il-missjoni tat-tnax

 U sejjaħ it-tnax u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi.

Qalilhom: « Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk xi post ma jilqagħkomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xhieda kontrihom ».

Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu u keċċew bosta xjaten u dilku ħafna morda biż-żejt u fejquhom. Continue reading “Il-ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena (Mk 6, 7-13)”