Il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

Inġabret somma rekord ta’ €550,612

31. Pix 1 on 3 cols 1207Somma rekord ta’ €550,612 inġabret waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li saret fil-parkeġġ tad-Dar bejn il-Ġimgħa 3 u l-Ħadd 5 ta’ Lulju. €325.010 minn din is-somma nġabret waqt edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni.

Il-maratona ġiet inawgurata mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca l-Ġimgħa filgħaxija. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltà Dr Justyne Caruana, iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà s-Sur Oliver Scicluna u r-rappreżentant ta’ Marigold Foundation (li sponsor ewlieni tal-maratona Dr Robert Xuereb. Continue reading “Il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza”