Fr Charles Buttigieg
Fis-sena 1858, erba’ snin wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Kunċizzjoni, il-Madonna dehret ġewwa Lourdes fi Franza lil tfalja ta’ 14-il sena, illum qaddisa, Bernadette Soubirous. Mill-11 ta’ Frar sas-16 ta’ Lulju 1858 il-Madonna dehret 18-il darba fil-vilaġġ ta’ Lourdes li jinsab fin-nofsinhar ta’ Franza fil-Hautes-Pyrenees.
Il-Madonna dehret dejjem b’libsa bajda b’ċintorin ċelesti u bil-ward b’kulur id-deheb fuq saqajha t-tnejn u b’kuruna f’idha. Fit-18 ta’ Jannar tal-1860 dawn id-dehriet ġew rikonoxxuti mill-Isqof tal-post, ta’ Tarbes, Monsinjur Laurence. Continue reading “Id-Dehriet tal-Madonna ġewwa Lourdes”