Dilluvju ta’ Ħniena

Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

Niddeċiedi jien u jien biss x’nagħmel

Id-dnub tal-bniedem tallum, bħal dak tal-bniedem tal-bieraħ, huwa dak li jrid jieħu l-post ta’ Alla.  ‘Jiena niddeċiedi x’nagħmel u ma nagħmilx, u ħadd ma jista’ b’xi mod jindaħħalli dak li se nagħmel jew le’.

Natura korrotta

Dan l-atteġġjament ‘infantili’ (għax it-tfal biss jaġixxu b’dan il-mod) huwa riżultat tad-dnub tan-nisel, li tassew spiċċa kkorrompa n-natura tal-bniedem. Dan wassal biex in-natura (korrotta) tagħna hija aktar miġbuda li tagħżel dak li jogħġobha, milli dak li Alla jkun irid minnha.

Dulluvju universali

Kien hemm mument, li Alla wara li wissa lil bniedem li kien se jiġi volum kbir ta’ xita fi żmien qasir, u li kien se jispiċċa jgħarraq lid-dinja, il-bnedmin kollha li ma tawx kas tal-ammonimenti ta’ Alla, mietu waqt id-dulluvju universali. Noe’ u l-familja tiegħu, għax taw kas ta’ Alla, salvaw.

Imma Alla sogħbieh minn dak li twettaq u wiegħed li ma jerġax jeqred lil bniedem,.

U biex dan qatt ma jerġa jseħħ qiegħed qaswalla fis-sema bħala sinjal ta’ din l-allejanza ġdida bejn Alla u l-bniedem, u eventwalment fil-milja taż-żmien, Alla bgħat lil Ibnu Ġesu’, it-Tieni Persuna tat-Trinita’ biex igħarraq lil bniedem b’dullivju ġdid, din id-darba b’dulluvju ta’ ħniena, li għandha twasslu biex jagħraf li aħna m’aħniex allat.

Dulluvju ta’ ħniena

Kultant naħsbu li ġaladarba ma nisirqux u ma noqtlux, aħna mingħajr dnub. Id-dnub huwa kull meta l-bniedem jagħżel li f’kollox fil-ħajja hu jsir il-metru biex jitkejjel x’jista’ jagħmel u x’għandu jagħmel.

Jiena tifel, jiena niddeċiedi nistudjax jew le. Jiena żagħżugħ jew żagħżugħa, jiena niddeċiedi x’nagħmel b’ġismi jew le. Jekk irrid nagħmel tattoo, min hu sidi ? jekk irrid ikolli x’naqsam mat-tfajla jew ġuvni, jiena naf u ma jindaħħalli ħadd x’nagħmel għax jiena ‘nħobbha’ jew ‘inħobbu’. Jekk jiena rrid nitlaq siegħa kmieni mix-xogħol, nitlaq u ma jindaħħalli ħadd. Jekk jiena miżżewweġ jew miżżewġa u fettilli nifflertja ma’ dak il-kollega jew dik il-kollega, min se jindaħħalli ? Jekk jiena nista’ ma nħallas il-Vat, ma jindaħħalli ħadd. Jekk jiena reliġjuż, jiena nagħżel f’liema sfera ta’ appostolat nixtieq naħdem.

Insomma dan huwa d-dnub tan-nisel li jinkarna ruħu fil-ħajja ta’ kulljum.

Issa Ġesu’ b’qalb maqsuma ftit qabel ma miet, għajjat ‘Missier aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu’.

Illum Ġesu’ jkompli jiftaħ dirgħajH u jilqana għandu ukoll jekk meta nkunu fi stat ta’ dnub mejjet.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading