Minn Fr. Philip Cutajar OFMCap
Bejn it-18 u l-21 ta’ Ottubru 2017 ġejt mistieden sabiex nattendi għall-Konferenza Internazzjonali dwar ID-DJALOGU BEJN IR-RELIĠJONIJIET U L-GĦEJXIEN PAĊIFIKU F’SOĊJETAJIET MOGĦNIJA B’DIVERSI KULTURALI. Din ġiet organizzata mill-Kummissjoni Internazzjoanli “Ġustizzja, Paċi u Ħarsien Sħiħ tal-Ħolqien” fi ħdan l-Ordni Franiskan Kapuċċin. Din il-Konferenza saret fil-Lebanon, eżattament f’Couvent Notre Dame du Puits, Bkenneya – Beirut. Dan huwa kumpless imexxi mis-Sorijiet Franġiskani Lebaniżi tas-Salib imwaqqfa minn Beatu Ġakbu (Abuna Yaacub) ta’ Għażir, Kapuċċin. Ġejt mistieden flimkien ma’ tlieta oħra mill-Ewropa sabiex nippreżenta dan il-kontinent u anke minħabba l-ħidma pastorali li qed inwettaq ma’ l-emigranti li hawn fostna, f’pajjiżna. Continue reading “Inkunu miftuħa għad-djalogu ma’ reliġjonijiet oħra”