Nittamaw ifisser innisslu. Marija, tama tagħna. Il-Papa Ljun XIV f’katekeżi ġubilari oħra

UDJENZA ĠUBILARI
KATEKEŻI TAL-QDUSIJA TIEGĦU LJUN XIV
Pjazza San Pietru
Is-Sibt 20 ta’ Diċembru 2025

Katekeżi. 11. Nittamaw ifisser innisslu. Marija, tama tagħna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba!

Meta l-Milied ikun wara l-bieb, nistgħu ngħidu: il-Mulej hu fil-qrib! Mingħajr Ġesù, din l-affermazzjoni – il-Mulej hu fil-qrib – tista’ tinstema’ kważi bħal theddida! F’Ġesù, imma, aħna niskopru li, kif kienu ħassew il-profeti, Alla hu ġuf ta’ ħniena. Ġesù Tarbija jurina li Alla għandu ġewwieni ta’ ħniena, li permezz tiegħu hu dejjem inissel. Fih ma hemmx theddida, imma maħfra.

Aktar