LJUN XIV
ITTRA APPOSTOLIKA
IN UNITATE FIDEI
FL-1700 ANNIVERSARJU TAL-KONĊILJU TA’ NIĊEA
1. Magħqudin bil-fidi mxandra sa mill-ewwel żminijiet tal-Knisja, l-insara għandhom is-sejħa li jimxu flimkien bl-armonija, iħarsu u jittrażmettu bl-imħabba u l-ferħ id-don li rċevew. Din hi stqarrija li tinsab fil-Kredu: “Nemmnu f’Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla, li niżel mis-smewwiet għas-salvazzjoni tagħna” ifformulata mill-Konċilju ta’ Niċea, l-ewwel avveniment ekumeniku fl-istorja tal-kristjanità, 1700 sena ilu. Jien u nitħejja għall-Vjaġġ Appostoliku fit-Turkija, b’din l-ittra nixtieq ninkoraġġixxi fil-Knisja kollha ħeġġa mġedda fl-istqarrija tal-fidi, li l-verità tagħha, li għal ħafna sekli sawret il-patrimonju li l-insara jikkondividu, jixraq li tkun mistqarra u approfondita b’mod dejjem aktar imġedded u attwali. Rigward dan, il-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali approvat dokument rikk: “Ġesù Kristu, Iben Alla, Salvatur. L-1700 anniversarju tal-Konċilju ta’ Niċea”. Nirrikmandah għax joffri perspettivi utli biex wieħed jinżel aktar fil-fond dwar l-importanza u l-attwalità mhux biss teoloġika u ekkleżjali, iżda wkoll kulturali u soċjali tal-Konċilju ta’ Niċea.
Aktar