V Bil-fidi f’Ġesù li huwa l-Iben t’Alla l-ħaj, ejjew inressqu t-talbiet tagħna.
1. Nitolbuk, Mulej, għall-Papa biex tkompli tagħtih l-għerf u d-dawl biex ikun vuċi ċara tal-kelma tiegħek fid-dinja. Nitolbu
2. Nitolbuk, Mulej, għal kull min għandu xi setgħa, biex din jużaha għall-ġid tal-bnedmin. Nitolbu
3. Nitolbuk, Mulej, għal dawk kollha li għadhom qed ifittxuk biex tipprovdilhom nies li jdawluhom fil-mixja tagħhom. Nitolbu
4. Nitolbuk, Mulej, għalina lkoll biex tgħinna nagħrfuk, naqduk u nħobbuk sabiex tassew inkunu xhieda tal-imħabba tiegħek għall-bnedmin. Nitolbu
V Mal-offerti tal-ħobż u l-inbid li sa noffrulek, nitolbuk Mulej, biex tilqa’ dawn it-talbiet tagħna. Bi Kristu Sidna