DEJJEM JONQSOK?


KONFERENZA organizzata mill-Kummissjoni Familja (Djoċesi ta’ Għawdex) – DEJJEM JONQSOK?  Ir-risposta tal-ġenituri għax-xewqat tal-ulied.

Il-Konferenza annwali organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex ser tinżamm f’ Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar bejn il-5.00pm u t-8.00pm.  Bħal fis-snin l-imgħoddija l-iskop ewlieni tal-konferenza hu dak li tipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.

Konferenza Flyer-01

Il-kelliema ewlenin għal din is-sena ser ikunu l-koppja Maria Teresa Zattoni & Gilberto Gillini, it-tnejn psikologi u psikoterapistital-familja, awturi ta’ ħafna kotba dwar ir-relazzjonijiet fil-familja.  Padre Giulio Michelini, biblista li spiss ikkollabora mal-koppja, ser ikun ukoll qed jindirizza l-Konferenza.

Il-Konferenza ser tinżamm bit-taljan bi traduzzjoni simultanja għall-Malti.  Kulħadd huwa mistieden.  Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.