Home > Ġenerali > “Lejl ta’ prostituzzjoni biex tagħmel funeral lil missierha li kien abbużaha”

“Lejl ta’ prostituzzjoni biex tagħmel funeral lil missierha li kien abbużaha”


Newsbook – Charmaine Attard – 02/02/16 05:24 PM:  Skopriet li lil missierha kienu se jidfnuh f’qabar komuni mingħajr tebut, u talbet lill-awtoritajiet jagħtuha 24 siegħa ċans biex tqatta’ lejl taħdem u  tagħmel funeral diċenti lil missierha, l-istess missier li kien abbużaha. 

Skopriet li lil missierha kienu se jidfnuh f’qabar komuni mingħajr tebut, u talbet lill-awtoritajiet jagħtuha 24 siegħa ċans biex tqatta’ lejl taħdem u  tagħmel funeral diċenti lil missierha, l-istess missier li kien abbużaha. 

Omm, tipprostitwixxi ruħha f’kamra. It-tifla tagħha ta’ għaxar snin kienet tkun fl-istess kamra imma bil-liżar miġbud, tistenna lil ommha tlesti mix-xogħol. 

Mara oħra aċċettat 70 klijent f’lejl biex ittella’ somma, għax l-għada kellha l-Qorti u riedet tmur bil-flus f’idejha.

Esperjenzi u realtajiet kiefra li ħafna jgħixu jew jiġu affettwati minnhom kuljum.

“80% tan-nisa fil-prostituzzjoni kellhom storja ta’ abbuż sesswali”

Fuq RTK, Dr Anna Vella, tabiba tal-Aġenzija Sedqa spjegat kif 80% tan-nisa li jispiċċaw fit-triq tal-prostituzzjoni kellhom storja ta’ abbuż sesswali.

Dr Vella spjegat kif wieħed ma jistax jaħseb bil-moħħ tagħhom għax kważi kollha għandhom passat tal-waħx.

“Trid tara dawn verament x’jixtiequ u tagħtihom alternattivi sostenibbli”, saħqet it-tabiba.

Semmiet ukoll kif mhumiex biss nisa li jispiċċaw fil-prostituzzjoni, imma anke rġiel, trasvestiti u omosesswali.

Esprimiet ix-xewqa tagħha li l-liġi tinbidel u mhux tiħrax biss. Sostniet li n-nies li jixtru dawn is-servizzi jiġu kriminalizzati, filwaqt li n-nisa jiġu offruti toroq li ma jħalluhomx jidħlu f’din it-triq.

“Nispiċċaw nibku mal-prostituti”

Min-naħa tagħha, id-Direttur tal-Aġenzija Appoġġ Ruth Sciberras qalet li għalkemm il-prostituti jkunu jidhru li ma jibżgħu minn ħaddjaqsmulhom qalbhom. “Nispiċċaw nibku magħhom,” kompliet tgħid.

Spjegat kif is-sofferenzi li jgħaddu minnhom huma kbar u li mhux faċli li joħorġu mis-sitwazzjoni. Semmiet kif kellhom anke każijiet ta’ tfajliet taħt it-18-il sena.

Sciberras esprimiet is-sodisfazzjon li jħossu meta wara xi għaxar snin, il-vittmi tal-prostituzzjoni joħorġu mill-problema.

“Minflok tmur tixtri s-sapun, tmur tixtri s-sess”

Il-Ġiżwita Fr Edgar Busuttil iddeskriva l-prostituzzjoni bħala sintomu tat-tip ta’ soċjetà li qed ngħixu fiha, fejn inpinġu s-sess bħala kommodità. Sostna li din hi mentalità konsumista applikata għall-persuni.  “Minflok tmur tixtri s-sapun, tmur tixtri s-sess,” żied jgħid.

Sostna li kieku m’hawnx nies li jfittxu din it-tip ta’ ħajja, kieku l-prostituzzjoni tonqos ħafna.

Dawn l-esperjenzi xxandru waqt il-programm Bejn Ħaltejn fuq RTK.

Categories: Ġenerali
  1. Arthur rossi
    July 31, 2017 at 3:47 pm

    And then we have our government who wants to legalise prostitution……

    • July 31, 2017 at 3:58 pm

      Dear Arthur, Governments may present bills to be discussed in Parliament but it is each individual MP who has the responsibility to make laws. Every Member has to carry his or her own individual responsibility

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: