It-Tlieta, 22 ta’ Awwissu 2017: Il-Vatikan ippublika il-logo u l-motto uffiċjali għall-vjaġġ li l-Papa Franġisku ser jagħmel fiċ-Ċili bejn it-18 u l-21 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. Il-kliem tal-motto huwa meħud mill-Evanġelju skont San Ġwann, “Is-Sliem Tiegħi Nagħtikom” (14:27)
Il-logo huwa magħmul minn mappa ta’ lewn griż taċ-Ċili li tidher fuq sfond ta’ salib isfar u taħt il-kliem, “MI PAZ LES DOY” (Is-Sliem Tiegħi Nagħtikom) tidher il-firma tal-Papa.
L-aħħar vjaġġ minn Papa fiċ-Ċili kien sar minn Ġwanni Pawlu II fl-1987.
Fi tmiem il-vjaġġ tiegħu fiċ-Ċili, il-Papa Franġisku se jibqa’ sejjer fuq Vjaġġ Appostoliku ieħor fil-Peru.
Fl-1 ta’ Ottubru li ġej il-Papa ser jagħmel Vista Pastorali ta’ jum fid-Djoċesi Taljana ta’ Bologna.
Tista’ tara d-diskorsi li l-Papa Franġisku għamel fil-Vjaġġi Appostoliċi u fil-Visti Pastorali minn din il-paġna tal-Laikos, http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Vjaggi.htm.
Diskorsi u kitbiet oħra tal-Papa Franġisku tista’ ssibhom minn hawn, http://www.laikos.org/Papa_Frangisku.htm