Home > Aħbarijiet > 18-il saċerdot ġdid fl-Indonesja

18-il saċerdot ġdid fl-Indonesja


Is-sit newsbook.com.mt irrapporta aħbar li l-Knisja Kattolika fl-Indonesja iċċelebrat l-ordinazzjoni saċerdotali ta’ 18-il djaknu fl-istess jum fi tliet bliet bogħod minn xulxin, fi sforz biex tħeġġeġ għal aktar vokazzjonijiet fost iż-żgħażagħ.

F’dawn l-aħħar snin daħlet id-drawwa f’dan il-pajjiż li jsiru ordinazzjonijiet saċerdotali f’postijiet bogħod mill-kattidrali li jinsabu fil-bliet ewlenin. L-iskop hu l-promozzjoni tal-vokazzjonijiet fost iż-żgħażagħ tal-lokal, għax dawn l-okkażżjonijiet huma avvenimenti straordinarji għall-komunitajiet kattoliċi fl-Indonesia.

F’Belitang, 200 kilometru bogħod mill-Arċidjocesi ta’ Sumatera, kienu ordnati ħames djakni filwaqt li tliet seminaristi saru djakni. Iċ-ċerimonja tmexxiet minn Mons. Aloysius Sudrso fil-preżenza ta’ madwar 5000 pesuna, mijiet ta’ saċerdoti u uffiċjali għolja tal-Gvern. Tlieta mis-saċerdoti l-ġodda huma tal-Kongregazzjoni tal-Qalb ta’ Ġesu’, tnejn Salesjani u ieħor saċerdot djoċesan.

L-Arċisqof John Liku Ada, ordna seba’ saċerdoti djoċesani fil-belt ta’ Rantepao. L-ordinazzjoni saret meta d-djoċesi kienet f’luttu għax tilfet żewġ saċerdoti oħra f’dawk il-ġranet stess, wieħed f’inċident tat-traffiku u wieħed b’attakk tal-qalb waqt li kien qed iħejji għall-funeral ta’ dak li miet fl-inċident.

Għaċ-ċerimonja attendew madwar 7000 persuna, mijiet ta’ żeffiena tradizzjonali u kor kbir. F’dawn l-inħawi il-komunitajiet kattoliċi u protestanti qed jiffjorixxu ħafna.

Fl-Arċidjoeċesi ta’ Medan kienu konsagrati ħames saċerdoti djoċesani u ieħor mill-Ordni tas-Salib Imqaddes, fi knisja mballata bin-nies.

Fl-aħħar 20 sena, il-vokazzjonijiet saċerdotali fl-Indonesja naqsu ħafna l-aktar minħabba l-politika tal-Gvern preċedenti tal-Presidnet Suharto li jikkontrolla t-tkabbir tal-popolazzjoni u allura naqas in-numru ta’ żgħażagħ. Issa n-numru ta’ żgħażagħ li qed jidħlu fis-seminarji reġa’ qed jiżdied.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: