Home > Aħbarijiet > L-Isqfijiet dwar il-vjolenza f’ Charlottesville

L-Isqfijiet dwar il-vjolenza f’ Charlottesville


Il-Ħamis. 24 ta’ Awwissu 2017: Rally ippjanat minn qabel minn estremisti tal-lemin, imsejħa “alt-right”, li kienu jinkludu individwi li jemmnu fis-supremazija tal-bojod u gruppi neo-Nazisti, ġie milqugħ minn kontra-protesti kbar. Hekk kif faqqa’ l-ġlied bejn iż-żewġ gruppi, il-pulizija ppruvaw iferrxu l-folol, iżda tużżani ta’ persuni sfaw feruti, u persuna waħda sfat maqtula meta karrozza nsaqet għal fuq grupp ta’ nies li kienu qed jipprotestaw kontra.

L-Isqfijiet tal-Istati Uniti tkellmu immedjatament biex jikkundannaw il-vjolenza. Il-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti, il-Kardinal Daniel DiNardo, ħareġ stqarrija f’isem l-Isqfijiet kollha fejn ikkundanna l-vjolenza u l-mibegħda li ntweriet f’Charlottesville. Huwa qal li l-atti mistmerra ta’ mibegħda li seħħew f’Charlottesville kienu “attakk kontra l-għaqda tan-nazzjon tagħna u għalhekk isejħulna lkoll għal talb ħerqan u azzjoni paċifika.”

F’intervista li kellu ma’ Radju Vatikan, il-Kardinal DiNardo għamel enfasi akbar. “Aħna nqisu dak li ġara,” qal il-Kardinal, “bħala attakk fuq l-għaqda tan-nazzjon tagħna, u bħal ħaġa mill-aktar ħażina.” Imbagħad, filwaqt li kompla li r-razziżmu, is-supremazija tal-bojod, in-neo-Naziżmu and ħażen simili kienu għollew leħinhom f’atti ta’ vjolenza deplorevoli, issokta hekk: “U aħna rridu ngħollu l-vuċi tagħna kontra tagħhom.”

DiNardo kompla li, fl-istess ħin, il-Kattoliċi kellhom ukoll jitolbu għall-vittmi tal-vjolenza, inkluż għal Heather Heyer, il-mara żagħżugħa maqtula fl-attakk tal-karozza, u għal oħrajn feruti waqt il-ġlied ta’ nhar is-Sibt. “Il-punt tagħna huwa li nitolbu,” qal il-Kardinal DiNardo, “li nsejħu lill-Kattoliċi u lin-nies kollha ta’ rieda tajba, biex jitolbu għall-fejqan, u mbagħad jerġgħu jibdew jaħdmu mill-ġdid għall-għaqda u l-paċi f’dan iż-żmien ta’ tensjoni u firda.”

Il-Kardinal DiNardo saħaq fuq l-importanza li nitkellmu fil-beraħ kontra r-razziżmu u kontra kull forma oħra ta’ intolleranza. Huwa qal li parti mill-problema, meta kull għamla ta’ ħażen taqbad l-art, tkun li n-nies it-tajba ma jgħidu xejn. “Għalhekk, f’din ix-xorta ta’ kwistjonijiet huwa importanti li nitkellmu, li nieħdu azzjoni flimkien,” tenna l-Kardinal.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: