It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017: “Min-natura tiegħu stess, iż-żwieġ veru jista’ jkun biss bejn raġel u mara”, qal il-Papa Franġisku f’intervista twila li ta u li se tkun publikata għada fi ktieb ta’ 417-il paġna. “Din ma nistgħux nibdluha għax ġejja min-natura nfisha , mhix biss xi ħaġa tal-Knisja. Hija fl-istess ġrajja umana.”
Huwa kompla jgħid li bħalissa hawn konfużjoni kbira kemm dwar iż-żwieġ veru u kemm dwar il-ġeneru. Imbagħad, meta kien mistoqsi dwar iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess, huwa qal, “Din hija biss unjoni ċivili. Ejja ma noqgħudux niċċajtaw bil-verità”, u kompla jgħid li meta meta ngħallmu lit-tfal li jistgħu jagħżlu huma stess is-sess tagħhom, inkunu qegħdin inkattru dawn l-iżbalji …