Home > Aħbarijiet > Provinċjal ġdid għall-Provinċja tal-Aħwa Minuri Kapuċċini

Provinċjal ġdid għall-Provinċja tal-Aħwa Minuri Kapuċċini


L-Erbgħa, 20 ta’ Settembru 2017: Il-Ministru Ġeneral tal-Aħwa Minuri Kapuċċini, Patri Mauro Johri, flimkien mal-kunsill Ġenerali tiegħu, ħatru lil Fr Effie Mallia OFMCap bħala l-Ministru l-Provinċjal l-ġdid tal-Provinċja tal-Aħwa Kapuċċini Maltin.

Patri Effie MalliaPatri Effie Mallia twieled fil-11 ta’ Lulju 1951 fil-Marsa. Huwa daħal mal-Ordni tal-Kapuċċini fil-11 ta’ Awwissu 1968 permezz tan-novizzjat tiegħu ġewwa l-kunvent tar-Rabat, Għawdex.

Aktar tard, fis-26 ta’ Gunju 1977 huwa għamel il-voti Perpetwi tiegħu fi ħdan l-Ordni. Sena wara umbagħad huwa kien ordnat saċerdot, eżattament fit-12 ta’ Frar 1978.

Wara l-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu huwa kien mibgħuta Ruma biex jagħmel il-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali.

Lura Malta huwa kellu diversi ħidmiet u ministeri fosthom dawk ta’ Gwardjan ta’ diversi kunventi, viċi Kappillan, Kappillan fil-Parroċċi tat-Trinità l-Marsa u f’San Ġwann, kunsill Provinċjali għal diversi snin u anke Vigarju Provinċjali.

Fil-prezent huwa kien membru tal-fraternità tal-Kalkara fejn kien qed jaqdi l-ministeru ta’ Gwardjan tal-fraternità u Direttur tal-Istudenti.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: