Home > Aħbarijiet > F’Napli reġa’ seħħ il-miraklu tad-demm ta’ San Ġennaro

F’Napli reġa’ seħħ il-miraklu tad-demm ta’ San Ġennaro


It-Tnejn, 18 ta’ Settembru 2017: Fil-belt ta’ Napli reġa’ seħħ il-miraklu ta’ San Gennaro fil-katidral tal-belt li kien mimli bil-fidili li laqgħu l-aħbar b’ferħ kbir. Dan għaliex kull meta jinħall id-demm tal-qaddis patrun ta’ Napli in-nies tar-reġjun iserrħu moħħhom li jkun ġej żmien ta’ risq tajjeb.

Dan il-miraklu jseħħ tliet darbiet fis-sena, f’Settembru, fil-festa tal-qaddis, fis-Sibt ta’ qabel l-ewwel Ħadd ta’ Mejju u Diċembru. Minkejja ħafna studji, ix-xjenza għadha ma sabet l-ebda tweġiba għal dan il-fenomenu.

Nhar it-Tnejn, reġa’ seħħ il-miraklu tad-demm, skont il-Kardinal ta’ Napli, Mons Crescenzio Sepe, li niżel fil-kripta tal-katidral biex jeżamina l-ampulla li fiha skont it-tradizzjoni hemm id-demm ta’ San Gennaro, wieħed mill-ewwel martri tal-Knisja li nqatel matul il-persekuzzjoni tal-Imperatur Dijoklezjanu.

Huma bosta dawk il-waqtiet meta d-demm jittella’ fil-katidral meta jkun għadu niexef, iżda din id-darba, Mons Sepe ħabbar li d-demm kien diġà sar likwidu fil-kripta.

Skont il-kult ta’ San Gennaro, demmu nġabar minn mara bl-isem ta’ Eusebja, ftit wara li miet. Id-devozzjoni lejn dan il-fenomenu bdiet tkun dokumentata fil-1389.

Din is-sena, il-funzjoni kellha laqta ekumenika, għax Mons Sepe kien flimkien ma’ prelat tal-Knisja Ortodossa mis-Siberja, kif ukoll il-kap tal-komunità Ortodossa Russa f’Napli.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: