Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li s-Santa Sede rratifikat u ffirmat Trattat ġdid tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Projbizzjoni tal-Armamenti Nukleari. L-Arċisqof Paul Gallagher, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Vatikan iddikjara waqt iċ-ċerimonja tal-iffirmar li “Il-Knisja Kattolika tappoġġja kull sforz biex nersqu b’mod progressiv lejn dinja ħielsa mill-armi nukleari”.
Il-Vatikan iffirma dan i t-Trattat fl-20 ta’ Settembru flimkien ma’ 40 pajjiż ieħor waqt l-Assembela Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. It-Trattat jidħol fis-seħħ tliet xhur wara li armenu 50 pajjiż ikunu ffirmawh.
F’diskors li għamel l-Arċisqof Gallagher qal li l-Vatikan jemmen li l-projbizzjoni ta’ testijiet nukleari, in-nuqqas ta’ tixrid ta’ dawn l-armamenti kif ukoll id-diżarm nukleari huma marbuta flimkien u huma miri li għandhom jintlaħqu malajr kemm jista’jkun taħt kontroll internazzjonali effettiv.
Iżda għaddew 20 sena u dan it-Trattat għadu ma daħalx fis-seħħ għax jonqos jiffirmawh tmien pajjiżi oħra u allura dawn kienu 20 sena moħlija fil-mixja lejn dinja mingħajr armi nukleari.
Huwa qal li “dan it-Trattat hu aktar u aktar urġenti quddiem it-theddid għall-paċi li qed nisimgħu llum. It-tensjoni dejjem tikber fuq il-programm nukleari tal-Korea ta’
Fuq li qed ikompli jikber joħloq urġenza speċjali. Il-Komunita Internazzjonali trid tirrispondi billi tifittex li jerġgħu jibdew in-negozjati. It-theddid jew l-użu tal-forza military ma għandhomx post jekk irridu nwaqqfu t-tixrid ta’ dawn l-armi filwaqt li t-theddid u l-użu tal-armi nukleari biex suppost dawn l-armamenti ma jinfirxux, hi ta’ min jikkundannaha”.
Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija