Laqgħa Ekumenika importanti f’Malta


Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017: Mil-lum sa nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Ottubru 2017, se tkun qed titlaqqa’ f’Malta l-Kummissjoni Internazzjonali għad-Djalogu Teoloġiku bejn l-Anglikani u l-Ortodossi (ICAOTD).

Il-parteċipanti min-naħa tal-Komunjoni Anglikana jinkludu isqfijiet u esponenti Anglikani minn aktar minn għaxar pajjiżi, fosthom l-Ingilterra, Wales, l-Irlanda, il-Kanada, il-Brażil, l-Afrika ta’ Isfel u Sri Lanka. Id-delegazzjoni tal-Knejjes Ortodossi tinkludi Metropoliti, Isqfijiet u esperti mir-Rumanija, is-Serbja, Ġorġja, Ċipru, il-Greċja, Moska u ż-Żimbabwe. Il-laqgħat jinkludu sessjonijiet ta’ talb u ta’ diskussjoni fuq temi bħall-ambjent u temi etiċi.

Nhar it-Tnejn 16 ta’ Ottubru, il-parteċipanti se jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-Imdina.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.