Home > Aħbarijiet > STUDENTI ĠODDA FIS-SEMINARJU MAĠĠURI TA’ GĦAWDEX

STUDENTI ĠODDA FIS-SEMINARJU MAĠĠURI TA’ GĦAWDEX


Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017: Fl-aħħar ġimgħat ingħata bidu għas-sena l-ġdida ta’ formazzjoni fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, fid-Djoċesi ta’ Għawdex.
Din is-sena, żewġ żgħażagħ qed jibdew il-mixja tagħhom fis-Seminarju, filwaqt li fil-fażi
Propedewtika hemm ħames żgħażagħ.

Il-fażi Propedewtika hija żmien ta’ formazzjoni li fih iż-żagħżugħ, wara li jkun temm l-istudji post-sekondarji, jiġi megħjun jirrifletti u jiddixxerni aħjar dwar is-sejħa vokazzjonali tiegħu qabel jiġi milqugħ biex jidħol fis-Seminarju Maġġuri. Id-Direttur ġdid tal-Propedewtika fid-Djoċesi ta’ Għawdex hu Dun Anthony Bajada.

Novità għad-Djoċesi ta’ Għawdex hi li wieħed mill-propedewtiċi l-ġodda li ser jirċievi l-formazzjoni hu mill-Vigarjat Appostoliku ta’ Izabal fil-Gwatemala, fejn hemm il-missjunarju Għawdxi Dun Anton Grech u fejn il-komunità tas-Seminarju Maġġuri wettqet ħidma missjunarja s-Sajf li għadda.

Fuq talba tal-Isqof ta’ Izabal, il-Knisja f’Għawdex ser toffri l-formazzjoni u tgħin lil dan iż-żagħżugħ fil-mixja tiegħu għas-saċerdozju. Dan hu wkoll f’kontinwazzjoni mas-sejħa tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, f’dan il-150 anniversarju mill-ftuħ tas-Seminarju ta’ Għawdex, biex dan ikun “Seminarju missjunarju”.

Matul din is-sena ta’ dixxerniment vokazzjonali fis-Sena Propadewtika fid-Djoċesi ta’
Għawdex, Carlos Fernando Vargas Tobar, żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Parroċċa ta’ Puerto
Barrios, fil-Gwatemala, sa jkun residenti fid-Dar Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat, fejn jieħu sehem ukoll fil-ħajja pastorali ta’ dik il-komunità.
Il-Poplu ta’ Alla hu mħeġġeġ jitlob għal dawn iż-żgħażagħ u għal aktar vokazzjonijiet,
filwaqt li jkompli jwieżen lis-Seminarju f’din il-ħidma hekk siewja għall-Knisja.
***
Talba għall-Vokazzjonijiet

Mulej Ġesù Kristu,
nirringrazzjawk tal-ħarsa kollha mħabba
li titfa’ fuq bosta żgħażagħ sabiex iħallu kollox u jimxu warajk.
Agħmel li dawk li inti tagħżel għalik u ssejħilhom biex jibqgħu miegħek
jagħrfu kemm tħobbhom u tgħożżhom,
u bil-ferħ joffru ħajjithom għall-Evanġelju tiegħek.
Sawwab l-Ispirtu Qaddis fuq il-Knisja tiegħek
hija u tħejji ruħha għas-Sinodu li jmiss
li ser jirrifletti fuq iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: