Dun Michael Zammit bħala Kappillan tal‑Parroċċa ta’ Sant’Andrija, Ħal Luqa.

Print Friendly, PDF & Email

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. Dun Michael Zammit bħala Kappillan tal‑Parroċċa ta’ Sant’Andrija Appostlu, Ħal Luqa.

mr.jpgDun Michael Zammit twieled fl‑10 ta’ Settembru 1986. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja tiegħu fl‑iskola ta’ St Francis, l‑Imsida, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Junior Lyceum tal‑Ħamrun, u l‑edukazzjoni post‑sekondarja fil‑Junior College, l‑Imsida.Dun Michael kompla bl‑edukazzjoni terzjarja fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta. Huwa ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 2012.

Dun Michael serva bħala Viċi Kappillan fil‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat. Kien ukoll religious counsellor fil‑Kulleġġ San Nikola, ir‑Rabat, u fil‑Kulleġġ San Injazju, Tal‑Ħandaq, Ħal Qormi.

Il‑Parroċċa ta’ Ħal Luqa tiġbor fiha madwar 5,600 persuna f’1,600 familja.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading