Home > Ġenerali > Fl-Ingilterra jipprotestaw kontra l-abort b’purċissjoni Ewkaristika

Fl-Ingilterra jipprotestaw kontra l-abort b’purċissjoni Ewkaristika


Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li Mijiet ta’ Kattoliċi ngħaqdu f’purċissjoni silenzjuża bl-Ewkaristija fil-belt ta’ Norwich fl-Ingilterra fis-27 ta’ Ottubru li għadda, meta tfakkar il-50 anniversarju minn meta l-Ingilterra adottat liġi dwar l-abort. L-organizzaturi qalu li madwar 700 persuna ħadu sehem f’din il-purċissjoni bix-xemgħat fiċ-ċentru tal-belt, li kienet segwita mill-Barka Sagramentali u velja ta’ talb tul il-lejl kollu fil-Katidral ta’ San Ġwann Battista.

anti-abortion.jpegMeta indirizza l-kongregazzjoni fil-bidu tal-manifestazzjoni reliġjuża, Fr Henry Whisenant qal: “L-isqfijiet tagħna talbuna biex fit-talb tagħna llum nikkunisdraw dan il-mument storiku għal pajjiżna, għax din il-liġi kellha konsegwenzi traġiċi għal pajjiżna f’dawn l-aħħar 50 sena. F’dan il-perjodu twettqu aktar minn 8 miljun abort b’operazzjoni, u issa wasalna għal 500 abort kuljum.”

Kompla jgħid li, “ma’ dawn hemm il-ġrieħi spiritwali li ma jistgħux jitkejlu, li din il-liġi kkaġunat lil bosta individwi, koppji u familji, kif ukoll lit-tessut tas-soċjetà tagħna. Dan qed ikompli anke llum, u m’hemm ebda sinjal li se jonqos jew jieqaf.
“Hekk kif illejla qed nimxu f’purċissjoni fit-toroq ta’ pajjiżna flimkien ma’ Kristu, ejja nitolbu biex Hu jfejjaq il-ġrieħi tal-abort li nfetħu f’dawn l-aħħar 50 sena, u fil-ħniena tiegħu jikkonverti l-qlub u l-imħuħ ta’ dan il-pajjiż biex jagħraf u jgħożż il-ħajja ta’ kull individwu, anke dawk l-aktar vulnerabbli.

“J’Alla din il-purċissjoni bis-Sagrament Imqaddes issaħħaħ fina r-rieda li nagħmlu dak kollu possibbli permezz tat-talb u tas-sagrifiċċju biex f’pajjiżna titrawwem ċivilizzazzjoni ta’ mħabba”, temm jgħid is-saċerdot, li wara lejl ta’ talb, filgħodu kmieni, temm il-manifestazzjoni biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ radju Marija

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: