Home > Aħbarijiet > Il-Papa ngħata Lamborghini li se tiġi rkantata għall-karità

Il-Papa ngħata Lamborghini li se tiġi rkantata għall-karità


Il-Ġimgħa, 17 ta’ Novembru 2017: Aħbar li dwiet mill-Vatikan speċjalment mad-dilettanti tal-karozzi lussużi. Il-Papa Franġisku għadu kif ġie ppreżentat b’karozza Lamborghini Huracan minn uffiċjali tal-kumpanija li timmanifattura dawn il-karozzi lussużi. Din il-karozza li ġiet manifatturata apposta għall-Papa se tiġi rkantata minn Sotheby’s f’Londra u d-dħul se jmur għal erba’ proġetti f’isem il-Papa Franġisku.

2017-DigitalTrends-Pope-Francis-gets-a-Lamborghini-Huracan-12Il-Papa bierek il-karozza u ffirma fuqha hekk kif irċeviha quddiem Dar Santa Marta. Il-prezz ta’ din il-karozza normalment jibda minn mija u tmenin elf euro iżda minħabba li hija karozza magħmula apposta għall-Papa ta’ lewn abjad bid-dettalji lewn id-deheb huwa mistenni li fl-irkant iġġib ħafna aktar flus.

Stqarrija mis-Santa Sede qalet li l-flus se jinqasmu bejn il-karità tal-Papa Aid to the Church in Need biex jinbnew mill-ġdid djar, knejjes u bini pubbliku fil-Pjani ta’ Nineveh fl-Iraq biex b’hekk l-Insara li ħarbu lejn il-Kurdistan wara attakki feroċi mill-ISIS jkunu jistgħu jirritornaw lura lejn art twelidhom u jiksbu lura d-dinjità tagħhom.

Se jingħataw ukoll flus lill-“Komunità Ġwanni 23” li toffri protezzjoni u għajnuna lil nisa li kienu vittmu tat-traffikar uman u tal-prostituzzjoni.

Il-fondi se jitqassmu wkoll lil żewġ karitajiet Taljani li jaħdmu l-aktar fl-Afrika – Gicam u Friends of Central Africa – u li jwasslu kura medika lil nisa u tfal.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: