Home > Aħbarijiet > Jitfakkar għall-ewwel darba Jum il-Foqra

Jitfakkar għall-ewwel darba Jum il-Foqra


INĦOBBU MHUX BIL-KLIEM IMMA BL-GĦEMIL

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Novembru 2017: Il-Knisja f’Malta ser tingħaqad mal-Knisja Universali biex għada, il-Ħadd 19 ta’ Novembru, tfakkar Jum il-Foqra. It-tema għal din l-ewwel ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Foqra hi: ‘Inħobbu mhux bil-kliem imma bl-għemil’. Kien il-Papa Franġisku li fi tmiem il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena ried li jibda jitfakkar dan il-jum.

CURIA_01.jpgGħal din l-okkażjoni, 16-il entità tal-Knisja li jaħdmu fil-qasam soċjali, flimkien mal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, ħadu sehem f’attività li saret fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Huma appellaw għall-bidla fil-mentalità ta’ kif is-soċjetà tħares lejn il-persuni foqra u emarġinati, u biex dawn il-persuni jkunu fiċ-ċentru tad-deċizjonijiet li jittieħdu u tal-istrutturi li jinħolqu għalihom. Ir-rappreżentati tal-entitajiet tal-Knisja impenjaw ruħhom biex bil-ħidma tagħhom jgħinu lis-soċjetà tħott l-inġustizzji li joħolqu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Fl-istess waqt appellaw biex kull persuna tirreaġixxi għall-kultura tal-iskart u tal-ħela.

Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Mons. Charles Cordina, qal li l-foqra stess għandhom x’jgħallmu lis-soċjetà u li fit-tbatijiet tagħhom jiltaqgħu ma’ Kristu li bata għalina.

L-entitajiet tal-Knisja li pparteċipaw f’din l-attività huma: Caritas, il-Kummissjoni Ejjew Għandi, il-Kummissjoni Djar tal-Anzjani, il-Kummissjoni Emigranti, Id-Dar tal-Providenza, Dar Hosea, Dar Merħba Bik, Jesuit Refugee Service, Paulo Freire Institute, is-Soċjetà San Vinċenz de Paul, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika, il-Millenium Chapel, il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Dar Osanna Pia, il-Fondazzjoni St Jeanne Antide u Ħidma Pastorali fl-Isptarijiet.

Fuq inizjattiva tal-Papa Franġisku, Jum il-Foqra ser jibda jiġi ċċelebrat kull sena bil-għan li l-komunità Nisranija tkompli tilħaq u tgħin lill-persuni foqra u emarġinati, u lil dawk l-irġiel u n-nies li d-dinjità tagħhom qed tiġi mkasbra.

Ara l-messġġ tal-Papa Franġisku għal Jum il-Foqra 2017

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: