Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Erbgħa, 27 ta’ Diċembru 2017

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 27 ta’ Diċembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 20: 1-8

Illum ukoll il-Knisja tidher li qed twaqaf għal ftit in-narrattivi ta’ żmien il-Milied biex tiċċelebra l-festa tad-dixxiplu l-maħbub tal-Mulej San Ġwann l-Evanġelista, b’silta mill-Evanġelju marbut miegħu, bir-rakkont tal-għarfien li l-qabar hu vojt u li dan ifisser dak li kien wiegħed Ġesù nnifsu diversi drabi u għalhekk jaraw il-qabar vojt u jemmnu.

L-Evanġelista jibda billi jagħtina l-kuntest li fih il-ġrajja kollha, sakemm tasal fi tmiemha, tagħmel is-sens. Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa. San Ġwann fl-Evanġelju tieugħu, f’kuntrast mas-Sinottiċi (San Mattew, San Mark u San Luqa), ma jagħtix irr-rakkont fejn Ġesù jħabbar, iżjed minn darba il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Kulma jagħtina hija fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu, f’Kapitlu 2, referenza meta Ġesù keċċa l-bejjiegħa u s-sarrafa mit-Tempju u sfida lill-awtoritajiet biex iħottu ‘dan it-tempju u jien nerġa nibnih fi tlitt ijiem’. Wara l-qawmien mill-imwiet id-dixxipli fehmeu x’kien qed jgħid tassew.

Minkejja dan, ebda jum tal-ġimgħa ma jissemma f’dan ir-rakkont. Għalhekk jista’ jkun li l-evanġelista qed jorbot dan il-jum mal-ewwel jum tal-ħolqien fil-Ktieb tal-Ġenesi, meta Alla jifred id-dawl mid-dlam, u ħoloq l-ewwel jum. Fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu Ġwanni ukoll isemmi li l-ħajja kienet id-dawl għall-bnedmin u li d-dawl idda fid-dlam imma d-dlam ma għelbux. Fl-Evanġelju ta’ Ġwanni wkoll, Ġesù nnifsu jgħid li hu d-dawl, id-dawl li hu l-ħajja tal-bnedmin. Jekk id-dawl hu l-ħajja u d-dlam ma jeglibx id-dawl, mela lanqas il-mewt ma tegħleb bil-ħajja. Mal-qabar vojt hemm bidu ta’ jum ġdid, għa kien filgħodu kmieni, jum li fih tidher ir-rebħa tad-dawl fuq id-dlam, tal-ħajja fuq il-mewt.

Interessanti li l-evanġelista jqiegħed lilu nnifsu ħdejn il-qabar u għalhekk jgħid li Marija ġiet, mhux Marija marret. Mill-ewwel vrus ta’ dan il-kapitklu nindunaw, li għad-dixxiplu l-maħabub, iċ-ċentru ta’ kollox huqa l-qabar vojt, minnu jibda kollox u kulħadd jinġibed lejh. Marija ġiet bl-għajnejn tqal bin-nagħas, tinħasad meta tara l-qabar vojt. Dak il-post, li kien offrut b’rispett f’mewtu lil dak li ħafna żebilħu, itteħidlu wkoll. Il-qabar vojt ħadilha l-unika tama li kellha, li tarah, imqar mejjet għall-aħħar darba. L-għajnejn tal-bnedmin faċli jitqarrqu u jagħmu l-għajnejn tal-fidi. Hekk ġrala hi u hekk jiġrilna aħna.

Wara dan l-għarfien San Ġwann jibda jħaffef ir-rakkont tiegħu. Telqet tiġri għand Xmun Piteru u għand id-dixxiplu li Ġesù kien iħobb. Ġirja waħda. Lanqas nifs. Għal aħbar bħal din m’hemmx ħin x’jintilef. Hi li ħabbet ħafna ġriet ħafna.

Pietru u d-dixxiplu li kien maħbub ukoll ġera’ kif sema’ l-aħbar ġrew it-tnejn lejn il-qabar, iżda wiħed ħaffef iżjed mill-ieħor. Nifhmu li, sa dan il-ħin, il-fdalijiet ta’ Ġesù kienu l-unika rabta li fadlilhom miegħu. Iżda l-qabar vojt inissel biża u dubju. Dik ir-rabta m’għadhiex iżjed u jekk il-fdalijiet mhumiex hemm iktar, mela issa x’fadal! Jekk il-qabar huwa vojt, issa x’se jiġri! Fit-triq għadhom ma emmnux għal kollox dak li qaltilhom Marija. Iżda meta jasal, id-dixxiplu, tant jinħasad li jibqa’ barra, ma jidħolx; jista’ jkun li biża’ u d-diżappunt jgħelbuh. L-emozzjonijiet f’mument bħal dan huma vulkan li jiżbroffa bla ħsieb ta’ xejn.

Lil Pietru nafuh bħala dak li qatt ma jqis mitt darba biex jaqta’ darba; jabqad u jaqta’ mill-ewwel. Fih hemm il-bluha tal-isponatjetà u l-kuraġġ tal-mexxej li jaħtaf l-okkażjoni. Ma jieqafx, imm ajidħol fil-qabar, l-ewwel wieħed. D-dixxiplul-ieħor mill-bieb ra’ biċċa, Pietru meta daħal ra kollox, anke l-velu li kien imdawwar ma ras Ġesù, mitwi u mqiegħed għalih. Pietru fehem li dak kien is-sinjal li l-qabar ma kienx ġie żvujtat, imma min kien fih kien telaq u se jerġa jiġi; ħalla wrajh il-maktur mitwi, sinjal li qam mill-mejda tal-ikel imma kien se jerġa jiġi bie xikompli fejn ħalla. Hemm ra u emmen.

Din is-silat, tmienja u erbgħin siegħa wara l-Milied, tqiegħdilna quddiemna r-rejaltà vera ta’ dak li ċċelebrajna. Dak li daħal fid-dinja ġo għar fil-blat joħroġ biex jagħti l-ħajja lid-dinja minn ġo għar fil-blat. Iżda il-biża’ tad-dixxipli u d-diżappunt tagħhom, id-dubji u l-ħeffa fit-tiftix tal-għarfien huma kollha emozzjonijiet li ngħaddu minnhom aħna lkoll meta d-dwal jintfew u l-folla tixtered.

Ġwanni jurina li quddiem il-qabar vojt u dak li ġarrabna qabel anke l-imħabba li nirċievu mingħand Alla f’kull żmien, ineħħulna n-nuċċali li d-dinja bil-kejl tagħha tlibbisna biex għajnejna jinfetħu jaraw id-dawl li hu l-ħajja.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: