Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ Benedittu XVI biex itih l-awguri

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt, 30 ta’ Diċembru 2017: Ftit tal-jiem ilu il-Papa Franġisku mar iżur lil Benedittu XVI biex itih l-awguri tal-Milied.  Il-Papa Franġisku mar fil-monasteru Mater Dei fil-Vatikan, biex jagtħti l-awguri tal-Milied lill-Papa Emeritu Benedittu XVI, ħaġa li għamel kull sena kemm ilu li nħatar Suċċessur ta’ Pietru.

Din l-aħbar ingħatat mis-Sala Stampa tas-Santa Sede.

Il-laqgħa damet madwar nofs siegħa. Ftit aktar minn xahar ilu, fit-18 ta’ Novembru li għadda, il-Papa Franġisku kien ta ġieħ lil Benedittu XVI fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju Ratzinger meta kien fakkar illi t-talb tal-Papa Emeritu u l-preżenza tiegħu diskreta u inkoraġġjanti huma ta’ fejda fit-triq komuni.

L-opra u l-maġisteru tiegħu, kien qal Franġisku, għadhom wirt prezzjuż għall-Knisja u għas-servizz li nagħtu. U kien żied: Joseph Ratzinger għadu jkun mgħallem u ħabib ta’ min jafdah, għal kull min iħaddem id-don tar-raġuni biex jagħti tweġiba lill-vokazzjoni umana tat-tiftix tal-verità.

Mill-Kamra tal-A]barijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading