Aħbarijiet

Ċelebrazzjonijiet tal-Milied projbiti fil-Korea ta Fuq


Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-insara fil-Korea ta’ Fuq iċċelebraw il-Milied reliġjuż weħidhom jew fi gruppi żgħar għax legalment ma jistgħux jinġabru bħala komunita’ reliġjuża. Fil-fatt il-Korea ta’ Fuq hi l-aktar pajjiż diffiċli fejn wieħed jgħix bħala nisrani. Pajjiż li għal dawn l-aħħar 11-il sena kien meqjus bħala l-ewwel wieħed fil-lista ta’ pajjiżi fejn l-insara jinsabu taħt persekuzzjoni.

360_christmasnkorea_1216
Ara wkoll … How Christma in (Not) Celebrated in North Corea ..  

Il-ftit knejjes li għandhom permess fil-kapitali Pyongyang huma meqjusa bħala dekorazzjoni biex jagħtu l-impressjoni lill-barranin li teżisti l-liberta reliġjuża fil-pajjiż. Madankollu, kull ċittadin tal-Korea ta’ Fuq li jkun identifikat bħala nisrani jitqies bħala li qed jisfida li jqim lill-President Kim Jong-Un u jkun qed jissogra li jispiċċa l-ħabs jew jingħata t-tortura f’kamp tax-xogħol fejn ikun fil-periklu li jmut.

 

Il-President Kim, is-sena li għaddiet ordna li ma jsirux festi tal-Milied u ordna li kull ċittadin fl-24 ta’ Diċembru għandu jfakkar lil nanntu li kienet twieldet fl-isess ġurnata fl-1919. Din is-sena ipprojbixxa laqgħat fejn ikun hemm kant jew konsum ta’ alkoħol.

Għal ħafna snin, torri għoli madwar 60 pied kien jinxtegħel qisu siġra tal-Milied il-ġewwa mill-Fruntiera tal-Korea t’Isfel. Fuq kien jitpoġġa salib mixgħul. Il-Korea ta’ Fuq qieset dan bħala provokazjoni u gwerra psikoloġika.

Minħabba din l-ostilita’ lejn il-Milied u s-simboli li jirrappreżentawh, mhux ta’ b’xejn li ħafna nsara mill-Korea ta’ Fuq, jaħbu t-twemmin tagħhom saħansitra minn membri tal-familja, mill-ħbieb u mill-ġirien. Dawn jiċċelebraw il-Milied weħidhom u b’mod sigriet. L-aktar l-aktar jiltaqgħu żewġt iħbieb fuq xi bank fil-pjazza jgħidu xi talba minn taħt l-ilsien u fil-kwiet. Kultant f’xi post bogħod mill-kapitali, gruppi ta’ 50 persuna jew ftit aktar jissugraw jiltaqgħu biex jitolbu flimkien.

Minkejja dan kollu, jidher li l-Knisja Kattolika fil-Korea ta’ Fuq qed tikber u hu kalkulat li għandha madwar 300,000 membru.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s