Maria Ascensa Romero se tkun membru internazzjonali ġdid tal-Mixja Neokatekumenali

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta, 6 ta’ Frar 2018: Waqt irtir internazzjonali tal-Mixja Neocatechumenal li sar f’Porto San Giorgio, l-Italja, Kiko Argüello ħabbar fit-2 ta’ Frar li Maria Ascensa Romero se tkun membru internazzjonali ġdid tal-moviment, li se tieħu post Carmen Hernandez, li mietet fid-19 ta’ Lulju 2016. Argüello u Hernandez kienu l-ko-fundaturi ta’ dan il-moviment ekkleżjali.

Romero tingħaqad ma’ Padre Mario Pezzi u Kiko Argüello biex jiffurmaw l-‘equipe’ internazzjonali, li skont l-istatuti tal-moviment għandu jkun magħmul minn tliet membri. Romero kienet missjunarja itinerant għal bosta snin f’San Pietruburgu, ir-Russja.

Il-Mixja Neocatechumenal twaqqfet fl-1964 fi Spanja. Hija ispirata mill-prattiċi tal-Knisja fil-bidu tagħha, li tipprovdi formazzjoni Kristjana ta’ wara l-magħmudija f’xi 40,000 komunità żgħira u parrokkjali. Il-moviment huwa preżenti fid-dinja kollha, u jistma li aktar minn miljun aħwa jsegwu l-Mixja Neo-katekumenali.

http://www.lastampa.it/2018/02/02/vaticaninsider/ita/news/neocatecumenali-mara-ascensin-romero-succede-a-carmen-hernndez-nella-quipe-internazionale-YBbbyO0XZywXLsxXkF73tO/pagina.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading