L-Arċisqof George Frendo inħatar President tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija


It-Tlieta, 6 ta’ Frar 2018: L-Arċisqof Malti ta’ Tiranna-Durres, Mons. George Frendo O.P., inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija. Qabel inħatar president, Mons. Frendo kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-istess Konferenza Episkopali.

375867-740xNone (2).jpgL-Isqof tal-Albanija ta’ Isfel, Mons. Giovanni Peragine, inħatar bħala l-Viċi President, filwaqt li l-Isqof ta’ Rreshen, Gjergj Mera laħaq Segretarju Ġenerali.
Mons. Frendo twieled Ħal Qormi fl-4 ta’ April 1946 u wara li temm l-edukazzjoni primarja u sekondarja ħaddan l-Ordni tal-Predikaturi (Dumnikan) fl-1962 u s-sena ta’ wara għamel l-ewwel professjoni tiegħu.
Huwa għamel il-professjoni solenni f’April tal-1967 u ġie ordnat saċerdot fis-7 ta’ April 1969.
Hu għallem it-Teoloġija Dommatika kemm fl-Albanija kif ukoll fl-Università ta’ Malta u huwa awtur ta’ kotba ta’ natura dottrinali u spiritwali.
F’Novembru 2016, dak iż-żmien għadu bħala Isqof Awżiljarju ta’ Tiranna-Durres, l-Albanija, il-Papa Franġisku għażlu biex ikun l-Arċisqof tal-istess djoċesi. Il-ħatra uffiċjali tiegħu saret fit-3 ta`’ Diċembru 2016, fil-Katidral ta` San Pawl f’Tiranna.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.