L-Arċisqof illum jitlaq fuq missjoni mogħtija lilu mill-Papa

Il-Ħamis, 15 ta’ Frar 2018: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ser iħalli Malta fuq xogħol assenjat lilu mill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. L‑Arċisqof ser iżur New York u ċ‑Ċilì għal numru ta’ laqgħat privati. Huwa jirritorna Malta l‑Ħadd, 25 ta’ Frar 2018.

L‑Ufficcju Komunikazzjoni jixtieq jinforma lill‑midja li Mons. Arċisqof mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti kummenti jew iwieġeb mistoqsijiet b’rabta mal‑missjoni fdata lilu.

Fl‑assenza ta’ Mons. Arċisqof, it‑tmexxija tal‑Arċidjocesi ta’ Malta tkun f’idejn il‑Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading