Il-Vatikan u ċ-Ċina mistennija jiffirmaw ftehim dwar il-ħatra tal-Isqfijiet.


Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li Il-ġurnal Taljan “Corriere della Sera” ikkwota rappreżentant tal-Vatikan li qal li s-Santa Sede mistennija tiffirma ftehim maċ-Ċina ix-xahar id-dieħel dwar il-ħatra tal-Isqfijiet Kattoliċi u titjib ieħor fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ stati.

china-vat2-largeBarra mill-imsemmi ġurnal, anke l-aġenzija tal-aħbarijiet “Reuters” irrappurtat li l-imsemmi ftehim hu imminenti li jkun iffirmat. Permezz ta’ dan il-ftehim il-Vatikan se jkollu sehem fil-ħatra tal-Isqfijiet Kattoliċi biex jaħdmu fiċ-Ċina.
Dan iċ-ċaqliq storiku fir-relazzjonijiet politiċi u reliġjużi bejn iċ-Ċina u s-Santa Sede hu mmotivat mill-fatt li l-Vatikan jixtieq jespandi l-komunitajiet kattoliċi fi-Ċina.

Il-Vatikan qed jittama wkoll li jelimina d-diviżjoni bejn l-Assoċjazzjoni Patrijottika Kattolika, li hi rrikonoxxuta mill-Gvern Ċiniż, u l-komunità tal-Kattoliċi li jaħdmu fil-magħluq u li jobdu lill-Papa.

Hu magħruf li l-Vatikan kien qed iżomm infurmat bin-negozjati maċ-Ċina lit-Tajwan.

Delegazzjoni ta’ ħames membri parlamentari mit-Tajwan kienet il-Vatikan ftit jiem ilu u ltaqgħet mal-Arċisqof Paul Gallagher li hu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Vatikan.

Il-Vatikan hu l-uniku stat Ewropew li għandu relazzjonijiet diplomatiċi mat-Tajwan.

Aktar kmieni din is-sena, il-Vatikan talab lil żewġ Isqfijiet maħtura minnu biex jirtiraw biex posthom jeħduh żewġ Isqfijiet li jgawdu l-appoġġ tal-Gvern Ċiniż. Wieħed mill-Isqfijiet li rriżenjaw mistenni jibqa’ Isqof Emeritu u l-ieħor se jkun jassisti lil wieħed mill-Isqfijiet il-ġodda.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.